Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet10 April 2024Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni1 min qari

Naħdmu fuq tranżizzjoni nadifa mal-industrija u s-sħab soċjali tal-UE

Two workers install solar panels on the roof of a building

 

Il-Kummissjoni ppreżentat għadd ta’ elementi kostitwenti biex tgħin tittrasforma l-Ewropa f’ekonomija nadifa, effiċjenti fir-riżorsi, ekwa u kompetittiva. Dawn ġew identifikati matul id-“Djalogi dwar it-Tranżizzjoni Nadifa” li l-Kummissjoni torganizza mal-industrija u mas-sħab soċjali biex jiddiskutu kif il-Patt Ekoloġiku Ewropew jista’ jsir realtà.

Il-biċċa l-kbira tal-inizjattivi konkreti li joħorġu mill-Patt Ekoloġiku Ewropew issa huma inkorporati sew fil-liġi tal-UE. L-enfasi issa daret fuq l-implimentazzjoni, fejn l-input mill-industrija u s-sħab soċjali huwa kruċjali biex din tirnexxi. Il-feedback tagħhom enfasizza bżonn għal

  • regoli stabbli, simplifikati u prevedibbli għan-negozji. Il-Kummissjoni se tipprovdi iktar gwida biex tappoġġja lill-industrija u lill-pajjiżi tal-UE biex jimplimentaw dawn ir-regoli.
  • enerġija nadifa abbundanti u affordabbli, billi jsir użu sħiħ mil-liġijiet aġġornati tal-UE
  • il-bini ta’ infrastruttura moderna bħala s-sinsla tal-industrija tal-UE
  • aċċess aktar faċli għall-finanzjament, peress li jridu jsiru investimenti sinifikanti bil-quddiem biex tiġi żviluppata l-infrastruttura meħtieġa. Hemm bżonn urġenti li nikkoordinaw aktar il-finanzjament fil-livell tal-UE.
  • l-ingranaġġ tas-Suq Uniku f’kuntest globali kompetittiv, permezz ta’ xiri konġunt u kkombinat, pereżempju ta’ materja prima kritika

Il-mexxejja tal-UE se jikkunsidraw il-passi li jmiss fit-tranżizzjoni nadifa tal-Ewropa fil-Kunsill Ewropew tas-17-18 ta’ April.

Il-President von der Leyen ħabbret il-bidu tad-Djalogi dwar it-Tranżizzjoni Nadifa fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2023. Id-disa’ djalogi, ippreseduti mill-Viċi President Eżekuttiv Šefčovič, s’issa ffukaw fuq l-idroġenu, l-industriji intensivi fl-enerġija, it-teknoloġija nadifa, l-infrastruttura tal-enerġija, il-materja prima kritika, il-bijoekonomija bbażata fuq il-foresti, l-ibliet, il-mobbiltà nadifa, l-azzar u s-settur tal-kostruzzjoni. Dalwaqt se jsiru aktar djalogi. Il-Kummissjoni tibqa’ impenjata li timplimenta bis-sħiħ il-Patt Ekoloġiku Ewropew f’kooperazzjoni mal-industrija, mas-sħab soċjali, mal-Parlament u mal-Kunsill.

Għal aktar informazzjoni

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew

Inwettqu l-Patt Ekoloġiku Ewropew

Skeda informazzjoni dwar ir-rendikont tad-Djalogi dwar it-Tranżizzjoni Nadifa

Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tieħu kont tad-Djalogi dwar it-Tranżizzjoni Nadifa mal-industrija tal-UE u mas-sħab soċjali

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
10 April 2024
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni