Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Id-dimensjonijiet reġjonali u internazzjonali tal-Karta

Ir-relazzjoni bejn il-Karta u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

Indipendentement mill-obbligi tagħhom fl-ambitu tal-liġi tal-UE, l-Istati Membri daħlu għal impenji skont il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB). Din hija trattat internazzjonali maħsub biex jipproteġi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, imfassal mill-Kunsill tal-Ewropa. L-osservanza tal-KEDB hija ggarantita mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, qorti stabbilita mill-Kunsill tal-Ewropa.

Meta l-Karta jkun fiha drittijiet li jirriżultaw mill-KEDB, it-tifsira u l-kamp ta’ applikazzjoni tad-drittijiet ikunu l-istess. Il-Karta ssaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE.

Dan ifisser li inti tista’ — meta ma jkunx fadallek toroq oħrajn wara li teżawrixxi r-rimedji kollha disponibbli f’pajjiżek stess — tibda proċeduri quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem jekk tissuspetta li Stat Membru jkun kiser il-KEDB. Madankollu, bħala istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea m’għandha l-ebda setgħa fir-rigward tal-proċeduri tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u mhix f’pożizzjoni li tieħu passi b’rabta ma’ lmenti indirizzati lil dik il-qorti. 

Agħti daqqa t’għajn lejn il-lista ta’ kontroll tal-ammissibbiltà tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

Ikklikkja hawn biex tagħmel il-kors online HELP tal-Kunsill tal-Ewropa bit-tema Introduction to Human Rights Protection in Europe — Interplay between the ECHR and the EU Charter of Fundamental Rights

L-azzjoni esterna tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem

L-UE taħdem biex tiddefendi u tippromwovi l-valuri fundaturi tagħha anke fl-azzjoni esterna tagħha, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. B’mod partikulari, l-UE taħdem mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill tal-Ewropa

Ara l-attivitajiet tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem

Il-prijoritajiet għall-kooperazzjoni tal-UE mal-Kunsill tal-Ewropa jiġu definiti kull sentejn f’Konklużjonijiet tal-Kunsill apposta. Barra minn hekk, permezz ta’ programmazzjoni konġunta, l-UE tiffinanzja proġetti li jikkontribwixxu għall-għanijiet komuni taż-żewġ organizzazzjonijiet.