Mur għall-kontenut ewlieni

Statistika dwar il-migrazzjoni lejn l-Ewropa

Nies li jgħixu fl-UE

Abbażi tal-aħħar statistika*, hemm

inhabitants image 1

446.7 miljun abitant jgħixu fl-UE

inhibitants image icon
23.8 miljun huma ċittadini mhux tal-UE

(5.3% tal-popolazzjoni totali tal-UE)

inhibitants image icon
38.0 miljun persuna twieldu barra mill-UE**

(8.5% tal-abitanti kollha tal-UE)

*Għal data aktar dettaljata, ikkonsulta l-Bażi tad-Data tal-Eurostat dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil.

**Dan ma jinkludix dawk li twieldu fi Stat Membru ieħor

Residenti li twieldu barra l-pajjiż għal kull pajjiż

Sors: Eurostat (2022), OECD (2021)
Nota: mhux imwielda fl-UE fil-każ tal-UE (jiġifieri dawk li twieldu fi Stat Membru ieħor mhumiex inklużi); kieku kellhom jiġu inklużi l-persuni mobbli intra-UE, is-sehem ikun ta’ 12.4%

Raġunijiet biex wieħed jibqa’ fl-Ewropa

Permessi ta’ residenza skont ir-raġuni fl-aħħar tal-2022

Sors: Eurostat; “oħrajn” tinkludi permessi li nħarġu għal raġunijiet ta’ residenza biss, permessi li nħarġu lil vittmi tat-traffikar tal-bnedmin u minorenni mhux akkumpanjati, kif ukoll permessi li nħarġu għar-raġunijiet l-oħrajn kollha li għalihom jistgħu jinħarġu permessi ta’ residenza u li mhumiex koperti mill-kategoriji l-oħrajn

L-impjiegi tal-immigranti

Fl-2022, 9.93 miljun ċittadin mhux tal-UE kienu impjegati fis-suq tax-xogħol tal-UE, minn 193.5 miljun persuna bejn l-20 u l-64 sena, li jikkorrispondu għal 5.1% tat-total. B’mod ġenerali, in-numru totali ta’ impjegati fil-grupp ta’ età bejn l-20 u l-64 sena hu ta’ 197.458 miljun, li minnhom 9.927 miljun huma ċittadini mhux tal-UE.

Sors: Eurostat

Ir-rata ta’ impjiegi fil-popolazzjoni fl-età tax-xogħol tal-UE hi ogħla għaċ-ċittadini tal-UE (77.1%) milli għaċ-ċittadini mhux tal-UE (61.9%) fl-2022.

Fatt li għandu jitqies hu li ħafna ċittadini mhux tal-UE huma “ħaddiema essenzjali”.

Setturi rappreżentati żżejjed

Fl-2022, iċ-ċittadini mhux tal-UE kienu rappreżentati żżejjed f’xi setturi ekonomiċi speċifiċi bħal:

Settur Impjiegi ta’ ċittadini mhux tal-UE Impjiegi ta’ ċittadini tal-UE
Akkomodazzjoni u attivitajiet ta’ servizzi tal-ikel 11.3% 4.2%
Attivitajiet ta’ servizzi amministrattivi u ta’ appoġġ 7.6% 3.9%
Xogħol domestiku 5.9% 0.7%
Kostruzzjoni 9.1% 6.6%

Rappreżentazzjoni żejda skont l-okkupazzjoni

F’termini ta’ okkupazzjonijiet, iċ-ċittadini mhux tal-UE kienu rappreżentati żżejjed fost:

Grupp okkupazzjonali Impjiegi ta’ ċittadini mhux tal-UE Impjiegi ta’ ċittadini tal-UE
Ħaddiema tat-tindif u li jagħtu servizz ta’ għajnuna domestika 11.4% 2.9%
Ħaddiema li jagħtu servizzi personali 7.3% 4.1%
Ħaddiema involuti fil-kura personali 5.5% 3.0%
Ħaddiema tal-kostruzzjoni, esklużi l-electricians 6.1% 3.7%
Ħaddiema fil-qasam tal-minjieri, tal-kostruzzjoni, tal-manifattura u tat-trasport 6.0% 2.5%
Assistenti fil-preparazzjoni tal-ikel 2.6% 0.6%
Ħaddiema involuti fl-agrikoltura, fil-forestrija u fis-sajd 2.4% 0.7%

Setturi sottorappreżentati

Iċ-ċittadini mhux tal-UE kienu sottorappreżentati f’setturi ekonomiċi oħrajn, inklużi:

Settur Impjiegi ta’ ċittadini mhux tal-UE Impjiegi ta’ ċittadini tal-UE
Amministrazzjoni pubblika u d-difiża, is-sigurtà soċjali obbligatorja 1.1% 7.4%
Edukazzjoni 3.9% 7.6%
Attivitajiet tas-saħħa tal-bniedem u ta’ ħidma soċjali 8.5% 11.2%
Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi 3.8% 6.0%

Sottorappreżentazzjoni skont l-okkupazzjoni

Min-naħa l-oħra, iċ-ċittadini mhux tal-UE kienu sottorappreżentati fost:

Grupp okkupazzjonali Impjiegi ta’ ċittadini mhux tal-UE Impjiegi ta’ ċittadini tal-UE
Professjonisti fis-settur tat-tagħlim 2.4% 5.5%
Professjonisti assoċjati man-negozju u mal-amministrazzjoni 2.6% 6.8%
Ħaddiema klerikali u amministrattivi 1.5% 4.4%
Professjonisti assoċjati tax-xjenza u tal-inġinerija 1.7% 3.5%
Professjonisti tan-negozju u tal-amministrazzjoni 2.3% 4.5%
Professjonisti fil-qasam tas-saħħa 1.5% 3.1%

Sors: Eurostat

Ir-refuġjati fl-Ewropa

Refuġjati mill-Ukrajna

Mill-aggressjoni militari tar-Russja fl-Ukrajna fi Frar 2022, l-Ewropa rċeviet l-akbar numru ta’ persuni li ħarbu mill-gwerra mit-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn. Għal dettalji aġġornati tal-isforzi biex jintlaqgħu n-nies li qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna u biex tiġi pprovduta protezzjoni temporanja, ara l-paġna ddedikata Ġestjoni tal-migrazzjoni: Nilqgħu lir-refuġjati mill-Ukrajna.

Sitwazzjoni ġenerali

Abbażi ta’ data mill-UNHCR, mad-dinja kollha kien hemm:

  • 36.4 miljun refuġjat f’nofs l-2023 u
  • 62.5 miljun persuna spostata internament (minħabba kunflitt u vjolenza) fi tmiem l-2022.

Fatt li għandu jiġi kkunsidrat: fl-aħħar tal-2021, anqas minn 10% tar-refuġjati fid-dinja kollha u frazzjoni biss tal-persuni spostati internament kienu qed jgħixu fl-UE. Sa tmiem l-2022, bħala riżultat tal-gwerra fl-Ukrajna, is-sehem ta’ refuġjati li jgħixu fl-UE żdied għal aktar minn 20%.

Is-sehem ta’ refuġjati fl-UE kien ta’ 1.5% meta mqabbel mat-total tal-popolazzjoni tagħha.

Numru ta’ refuġjati mqabbel mat-total tal-popolazzjoni

Diversi pajjiżi madwar id-dinja jospitaw popolazzjoni kbira ta’ refuġjati:

 

Sors: UNHCR
Nota: Il-graff turi l-għaxar pajjiżi li jospitaw l-aktar refuġjati u l-UE

Fatt li għandu jiġi kkunsidrat: Il-maġġoranza tar-refuġjati mill-Afrika u l-Asja ma jiġux fl-Ewropa, iżda x’aktarx imorru jgħixu f’pajjiżi ġirien.

Il-migrazzjoni lejn l-UE u minnha

Abbażi tal-aħħar ċifri annwali

2.25 miljun persuna
immigraw lejn l-UE
1.12 miljun persuna
emigraw mill-UE
1.14 miljun persuna
immigrazzjoni netta totali lejn l-UE:

Nota: data għall-2021

Filwaqt li l-migrazzjoni irregolari spiss tkun fiċ-ċentru tal-attenzjoni, ir-realtà hi li d-dħul irregolari jammonta għal frazzjoni żgħira tal-migrazzjoni fl-UE.

Fl-2022, inħarġu kważi 3.4 miljun permess ta’ residenza għall-ewwel darba fl-UE, meta mqabbla ma’ 2.9 miljun fl-2021, li qabżu n-numru li deher qabel il-bidu tal-pandemija tal-COVID-19 (3.0 miljun fl-2019). In-numru tal-ewwel permessi maħruġa mill-Ġermanja (+190%), Malta (+164%) u l-Irlanda (+146%) żdied b’aktar mid-doppju meta mqabbel mal-2021. Fl-2022, kien hemm żieda partikolarment kbira fil-każ ta’ permessi relatati mal-ażil (+60%) iżda n-numru ta’ permessi maħruġa għall-edukazzjoni (+29%), il-familja (+28%) u raġunijiet oħra (+47%) żdied ukoll sena wara sena. Min-naħa l-oħra, in-numru ta’ permessi maħruġa għal raġunijiet ta’ xogħol naqas meta mqabbel mal-2021 (-6%). Fl-2022, inħarġu permessi ta’ residenza għall-ewwel darba fl-UE għar-raġunijiet li ġejjin:

Sors: Eurostat; “oħrajn” tinkludi permessi li nħarġu għal raġunijiet ta’ residenza biss, permessi li nħarġu lil vittmi tat-traffikar tal-bnedmin u minorenni mhux akkumpanjati, kif ukoll permessi li nħarġu għar-raġunijiet l-oħrajn kollha li għalihom jistgħu jinħarġu permessi ta’ residenza u li mhumiex koperti mill-kategoriji l-oħrajn

L-10 nazzjonalitajiet li l-aktar inħarġilhom l-ewwel permess ta’ residenza fl-Istati Membri tal-UE fl-2022

Sors: Eurostat

It-tfittxija għall-ażil fl-Ewropa

Applikanti għall-ażil għall-ewwel darba skont il-kontinent ta’ oriġini (2022)

Sors: Eurostat

Il-15-il nazzjonalità bl-akbar numru ta’ applikazzjonijiet għall-ażil għall-ewwel darba (2022)

Sors: Eurostat

Fl-2022, l-applikanti għall-ażil ġew minn madwar 140 pajjiż.

Fl-2022, fl-UE tressqu 958,800 applikazzjoni, inklużi 877,800 applikazzjoni għall-ewwel darba, żieda ta’ 52% meta mqabbla mal-2021, u 37% aktar mill-2019, qabel il-COVID.

Sehem sinifikanti ta’ applikanti jiġu minn pajjiżi eżenti mill-obbligu ta’ viża (22% tal-applikanti għall-ewwel darba fl-2022, żieda mill-15% fl-2021 peress li kien hemm aktar applikanti mill-Amerka Latina) li jidħlu fl-UE b’mod legali, l-aktar minn:

  • Il-Venezwela (5.7% tal-applikazzjonijiet kollha għall-ewwel darba)
  • Il-Kolombja (4.8%)
  • Il-Georgia (3.0%)
  • L-Ukrajna (2.8%)
  • L-Albanija (1.4%)
asylum application icon
Il-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet għall-ewwel darba ġew ippreżentati fi:
  • Il-Ġermanja (217,700)
  • Franza (137,500)
  • Spanja (116,100)
  • L-Awstrija (109,800)
  • L-Italja (77,200)
asylum application icon
Meta mqabbel mal-popolazzjoni, fl-2022, l-ogħla numru ta’ applikazzjonijiet għall-ażil għall-ewwel darba ġie ppreżentat fi:
  • Ċipru (2,386 għal kull 100,000 abitant)
  • L-Awstrija (1,223)
  • Il-Lussemburgu (373)

Applikazzjonijiet għall-ażil għall-ewwel darba għal kull 100,000 abitant fl-2022:

Sors: Eurostat

Fl-2022, 237,600 persuna li kienu qed ifittxu l-ażil kellhom anqas minn 18-il sena – madwar wieħed minn kull sitta minnhom (39,500) kienu tfal mhux akkumpanjati. Il-biċċa l-kbira tal-minorenni mhux akkumpanjati ġew mill-Afganistan, mis-Sirja u mis-Somalja.

Fl-ewwel nofs tal-2023, 601,600 applikazzjoni għall-ażil (li minnhom 556,200 applikazzjoni għall-ewwel darba) ġew ippreżentati fl-UE. Dan hu 25% aktar milli fl-istess perjodu tal-2022, u wkoll 52% ogħla meta mqabbel maż-żminijiet ta’ qabel il-COVID (l-istess perjodu tal-2019).

Rikonoxximent tar-refuġjati

Fl-2022, il-pajjiżi tal-UE ħadu 632,400 deċiżjoni tal-ewwel istanza dwar l-ażil. 49% minn dawn id-deċiżjonijiet kienu pożittivi:

  • 143,000 persuna rċevew status ta’ refuġjat,
  • 101,700 ingħataw status ta’ protezzjoni sussidjarja u
  • 65,900 irċevew status umanitarju.

Wara appell ittieħdu 217,500 deċiżjoni finali oħra, fosthom:

  • 27,000 deċiżjoni li taw status ta’ refuġjat,
  • 17,500 li taw status ta’ protezzjoni sussidjarja u
  • 28,600 li taw status umanitarju.

B’mod ġenerali, il-pajjiżi tal-UE taw protezzjoni lil madwar 383,700 persuna fl-2022.

Fl-ewwel nofs tal-2023, ir-rata ta’ rikonoxximent żdiedet: minn 342,400 deċiżjoni dwar l-ażil fl-ewwel istanza, 53% kienu pożittivi, inklużi:

  • 69,500 deċiżjoni li taw status ta’ refuġjat,
  • 63,300 li taw status ta’ protezzjoni sussidjarja u
  • 48,900 li taw status umanitarju.

L-effettività tas-sistema tal-ażil

  • Xogħol b’lura varjat
    Fi tmiem ta’ Lulju 2023, kienu pendenti 955,200 applikazzjoni għall-ażil - 25% aktar minn sena qabel (764,100). Ix-xogħol b’lura ilu jiżdied minn nofs l-2021.
  • Żminijiet tal-ipproċċessar li jvarjaw fl-Istati Membri
    Il-proporzjon ta’ każijiet u applikazzjonijiet pendenti jvarja ħafna bejn l-Istati Membri, u dan jirrifletti d-differenzi fiż-żmien tal-ipproċessar. Skont id-data tal-Aġenzija tal-UE għall-Ażil (EUAA), fi tmiem Lulju 2023, 48% tal-każijiet pendenti fl-ewwel istanza kienu ilhom pendenti għal aktar minn sitt xhur.

Numru ta’ applikazzjonijiet pendenti meta mqabbel man-numru totali ta’ applikazzjonijiet f’xahar partikolari

Sors: Eurostat

  • Rati ta’ rikonoxximent tal-ażil li jvarjaw fil-pajjiżi tal-UE
    Is-sistema tal-ażil tal-UE tibqa’ imminata minħabba d-differenzi sinifikanti fir-rata ta' rikonoxximent tal-ażil fil-pajjiżi tal-UE. Pereżempju, fl-2022 ir-rata ta’ rikonoxximent taċ-ċittadini Afgani fl-ewwel istanza (minbarra l-istatus umanitarju) varjat minn 27% fil-Ġermanja għal 100% fil-Portugall u fil-Latvja (minn dawk l-Istati Membri li ħarġu mill-anqas 100 deċiżjoni tal-prim’istanza liċ-ċittadini Afgani).
  • Ir-regoli ta’ Dublin fil-prattika
    Fl-2022, l-Istati Membri rrappurtaw 174,500 talba fis-seħħ skont ir-regoli ta’ Dublin mibgħuta lil Stati Membri oħrajn u pajjiżi oħrajn li qed jipparteċipaw fis-sistema ta’ Dublin biex jieħdu r-responsabbiltà biex jeżaminaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. Minn 158,200 deċiżjoni dwar talbiet bħal dawn, 97,700 (62%) ġew aċċettati u eżegwiti 13,300 trasferiment ’il barra, li jikkorrispondu għal 14% tat-talbiet aċċettati.

Risistemazzjoni

Fl-2022, madwar 17,300 persuna fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali ġew risistemati minn pajjiżi mhux tal-UE lejn Stati Membri tal-UE, 6% anqas mill-2021 iżda 97% aktar mill-2020.

In-nazzjonalità Sirjana kienet bil-bosta dik ewlenija u ammontat għal 63% tal-persuni risistemati.

Taħt skemi konġunti ta’ risistemazzjoni tal-UE, mill-2015 aktar minn 117,000 persuna sabu protezzjoni fl-UE. Barra minn hekk, mill-2021, aktar minn 46,000 persuna, l-aktar Afgani f’riskju, waslu fl-UE permezz ta’ ammissjoni umanitarja. L-Istati Membri jirċievu appoġġ mill-baġit tal-UE għar-risistemazzjoni u l-ammissjoni umanitarja.

Qsim irregolari tal-fruntieri

Ċifri ġenerali

Qsim irregolari tal-fruntieri tal-UE skont in-nazzjonalità fl-2023 (Jannar-Awwissu)

 

Sors: Frontex

Jannar-Settembru 2023:
localisation
281,872 qsim irregolari tal-fruntieri

Żdied b’18% meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2022

Dan jinkludi:

crossing boat
184,614 qsim bil-baħar f’Jannar-Settembru 2023

Żieda ta’ 83% meta mqabbla mal-istess perjodu tal-2022

crossing map
97,258 qsim tal-fruntieri fuq l-art f’Jannar-Awwissu 2023

Tnaqqis ta’ 30% meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2022

Distribuzzjoni ġeografika

2022
  • Żieda fil-qsim fuq il-Mediterran Ċentrali (+56%, 105,600), il-Lvant tal-Mediterran (+113%, 43,900) u r-rotot tal-Balkani tal-Punent (+134%, 144,100) meta mqabbla mal-2021
  • Tnaqqis fil-qsim fil-Mediterran tal-Punent (inkluża r-rotta tal-Atlantiku mill-Afrika tal-Punent għall-gżejjer Kanarji) (-25%, 30,600) u r-rotot tal-fruntieri tal-Lvant (-22%, 6,300) meta mqabbel mal-2021
  • Żieda ta’ 18% fl-imwiet fuq il-baħar: 2,411 persuna ġew irrappurtati mejtin jew neqsin fl-2022 fuq it-tliet rotot Mediterranji, meta mqabbla ma’ 2,047 fl-2021
Jannar-Awwissu 2023
  • Meta wieħed iħares lejn il-perjodu bejn Jannar u Awwissu, fl-2023 kien hemm żieda fil-qsim fuq ir-rotot tal-Mediterran Ċentrali (+97%, 114,900) u tal-Mediterran tal-Punent (inkluża r-rotta tal-Atlantiku mill-Afrika tal-Punent lejn il-gżejjer Kanarji) (+7%, 20,200) meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2022
  • Bejn Jannar u Awwissu 2023, kien hemm tnaqqis fil-qsim fuq ir-rotta tal-Mediterran tal-Lvant (-9%, 25,400) u r-rotta tal-fruntieri tal-Lvant (-9%, 3,800) meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2022
  • Żieda ta’ 31% fl-imwiet fuq il-baħar: 2,418 persuna ġew irrappurtati mejta jew nieqsa f’Jannar-Settembru 2023 fuq it-tliet rotot tal-Mediterran, meta mqabbla ma’ 1,841 fl-istess perjodu tal-2022

Ritorni

Ċifri ġenerali

2022
431,200 ċittadin mhux tal-UE li ġew ordnati jitilqu mill-UE
Żieda ta’ 27% meta mqabbel mal-2021
2021
340,500 ċittadin mhux tal-UE li ġew ordnati jitilqu mill-UE
Tnaqqis ta’ 14% meta mqabbel mal-2019

Fost il-pajjiżi ewlenin tan-nazzjonalità ta’ dawk li ġew ordnati jitilqu mill-UE kienu:

  • L-Alġerija (7.9%)
  • Il-Marokk (7.1%)
  • Il-Pakistan (5.9%)
  • L-Afganistan (5.8%)
  • L-Albanija (5.5%)

L-effettività tas-sistema ta’ ritorni

Fl-2022, 73,600 ċittadin mhux tal-UE ġew ritornati lejn pajjiż mhux tal-UE. Dan jikkorrispondi għal 17% tad-deċiżjonijiet kollha ta’ ritorn maħruġin matul is-sena, bi tnaqqis minn 18% fl-2021.

Fost il-pajjiżi ewlenin tan-nazzjonalità ta’ dawk li ġew ritornati barra l-UE fl-2022 kienu:

  • L-Albanija (12.9%)
  • Il-Georgia (10.2%)
  • It-Turkija (5.4%)
  • Is-Serbja (4.2%)
  • Il-Moldova (3.5%)

Fost in-nazzjonalitajiet b’mill-anqas 5,000 ordni ta’ ritorn, ir-rata ta’ ritorn kienet partikolarment baxxa għal dawk li ġejjin minn

  • L-Afganistan (1.1%)
  • Is-Sirja (1.7 %)
  • Il-Kosta tal-Avorju (2.7%)
  • Il-Ginea (4.3%)
  • Il-Bangladesh (5.7%)

Fl-2022, is-sehem ta’ ritorni volontarji u sfurzati kien ta’ 54-46%. 75% tar-ritorni kienu ritorni assistiti - il-persuni ritornati rċevew assistenza loġistika, finanzjarja u/jew materjali oħrajn.

Fl-ewwel nofs tal-2023, 217,100 ċittadin mhux tal-UE ġew ordnati jitilqu minn Stat Membru tal-UE, u total ta’ 38,900 ġew ritornati lejn pajjiż mhux tal-UE wara ordni ta’ tluq. Meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2021, in-numru ta’ ordnijiet ta’ ritorn u ta’ ritorn żdied b’16% u b’21%, rispettivament.

Viżi għal soġġorn qasir

Fl-2022, kważi 1,700 konsulat tal-Istati Membri rċevew 7.6 miljun applikazzjoni għal viża għal soġġorn qasir ippreżentati minn ċittadini mhux tal-UE, żieda minn 2.9 miljun fl-2021 iżda 55% anqas mill-2019.

B’kollox, inħarġu 5.9 miljun viża għal soġġorn qasir u ġew rifjutati 1.3 miljun, li jammonta għal rata ta’ rifjut fl-UE kollha ta’ 17.9% (żieda minn 13.4% fl-2021).

Il-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet ġew ippreżentati fi:

  • It-Turkija (778,400)
  • Ir-Russja (687,200)
  • L-Indja (671,900)
  • Il-Marokk (423,200)
  • L-Alġerija (392,100)

Il-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet għall-viża ġew ipproċessati minn

  • Franza (1,918,500)
  • Spanja (1,197,500)
  • Il-Ġermanja (1,043,300)
  • L-Italja (727,500)
  • Il-Greċja (459,100)

58% tal-viżi kollha nħarġu għal dħul multiplu. Il-viżi ta’ Schengen għal soġġorn qasir ikopru l-ivvjaġġar fis-26 pajjiż ta’ Schengen għal massimu ta’ 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum.

L-Atlas dwar il-Migrazzjoni

L-Atlas dwar il-Migrazzjoni taċ-Ċentru ta’ Għarfien dwar il-Migrazzjoni u d-Demografija tal-Kummissjoni Ewropea hu riżorsa interattiva ta’ data armonizzata, aġġornata u vvalidata dwar l-istatus tal-migrazzjoni u d-demografija f’27 Stat Membru tal-UE u 171 pajjiż u territorju mhux tal-UE.

Statistika Ewropea dwar il-migrazzjoni u l-ażil

Statistika Ewropea aġġornata dwar

u informazzjoni relatata hi disponibbi fuq is-sit web tal-Eurostat.

L-Eurostat jiġbor data mill-Awtoritajiet Nazzjonali tal-Istatistika tal-Istati Membri tal-UE u tal-pajjiżi tal-EFTA abbażi tar-regolamenti tal-istatistika adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Il-kwalità tad-data u l-metadata relatata hi żgurata f’konformità mal-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea, u aġġornata f’intervalli regolari skont il-ġbir tad-data. Is-sejbiet statistiċi huma ppubblikati fl-artikli ta’ Statistics Explained u pubblikazzjonijiet oħrajn.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà: Id-data ta’ hawn fuq hi bbażata fuq l-aħħar informazzjoni disponibbli, aġġornata fuq bażi trimestrali, l-aħħar aġġornament: Ottubru 2023