Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet26 Ottubru 2023Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni1 min qari

Il-Forum tal-Global Gateway ilaqqa’ flimkien il-mexxejja tal-UE u tad-dinja biex tingħata spinta lill-investimenti sostenibbli fl-infrastruttura

President von der Leyen speaking at the Global Gateway Forum

 

L-ewwel Forum tal-Global Gateway sar fi Brussell fil-25 u s-26 ta’ Ottubru. Dan laqqa’ flimkien aktar minn 40 rappreżentant tal-gvern ta’ livell għoli mill-UE u mid-dinja kollha, istituzzjonijiet finanzjarji u rappreżentanti tan-negozju biex jiddiskutu l-ħtiġijiet ta’ investiment tad-dinja, jiddibattu soluzzjonijiet, u jniedu sħubijiet ġodda. 

Id-diskussjonijiet iffukaw fuq l-enerġija ekoloġika u l-idroġenu, ir-riċerka u l-edukazzjoni, il-materja prima kritika u l-kurituri tat-trasport. F’din l-okkażjoni ġew iffirmati firxa ta’ ftehimiet u impenji ta’ investiment f’dawn l-oqsma ma’ sħab mid-dinja kollha.

Lejlet il-Forum, il-Pjattaforma tad-Djalogu tas-Soċjetà Ċivili u l-Awtoritajiet Lokali tal-Global Gateway iltaqgħu għall-ewwel darba. Din il-Pjattaforma se tagħti lis-soċjetà ċivili u lill-awtoritajiet lokali spazju biex jinvolvu ruħhom fil-Global Gateway u t-tnedija ta’ proġetti f’oqsma differenti.

Għal aktar informazzjoni

Forum tal-Global Gateway

Global Gateway

Ara l-videos tal-Forum

Aqra u ara d-diskors tal-President von der Leyen

Stqarrija għall-istampa: Il-Forum tal-Global Gateway jibda jagħti spinta lill-investimenti sostenibbli fl-infrastruttura

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
26 Ottubru 2023
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni