Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Kif taċċessa d-dokumenti tal-Kummissjoni

Informazzjoni dwar fejn tista’ ssib dokumenti miżmumin mill-Kummissjoni Ewropea u istituzzjonijiet oħrajn, inklużi informazzjoni leġiżlattiva, dokumenti uffiċjali u minuti tal-laqgħat u aġendi.

Aċċess pubbliku għad-dokumenti

Biex tgħin liċ-ċittadini jiksbu aċċess għal informazzjoni u dokumenti dwar il-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea u tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea u istituzzjonijiet oħrajn tal-UE jagħmlu numru kbir ta’ dokumenti disponibbli online.

Sorsi ta’ dokumenti disponibbli

Kummissjoni Ewropea

Parlament Ewropew

  • Reġistru tad-dokumenti tal-Parlament - reġistru ewlieni tad-dokumenti tal-Parlament, li jippermettilek ukoll tissottometti talbiet għal aċċess għad-dokumenti tal-Parlament
  • Osservatorju Leġiżlattiv - bażi tad-data tal-Parlament Ewropew għall-monitoraġġ tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE
  • IPEX - pjattaforma għall-iskambju reċiproku ta’ informazzjoni bejn il-Parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew dwar kwistjonijiet relatati mal-UE

Kunsill tal-Unjoni Ewropea/Kunsill Ewropew

Reġistri interistituzzjonali

  • EUR-Lex - joffri aċċess għal-liġi tal-UE, il-ġurisprudenza mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE u dokumenti pubbliċi oħrajn tal-UE kif ukoll il-Ġurnal Uffiċjali elettroniku awtentiku tal-UE
  • Pubblikazzjonijiettal-UE - pubblikazzjonijiet mill-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-UE (dak li qabel kien “EU Bookshop”)
  • Reġistru ta’ Trasparenza - bażi tad-data għall-organizzazzjonijiet li jfittxu li jinfluwenzaw il-formulazzjoni jew l-implimentazzjoni tal-politika u l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE
  • Pubblikazzjonijiet tal-Eurostat - pubblikazzjonijiet tal-Eurostat, li fihom artikli u glossarji li jippreżentaw l-istatistika
  • DORIE - bażi tad-data li fiha għażla ta’ dokumenti jew siltiet ta’ dokumenti relatati ma’ kwistjonijiet istituzzjonali ġenerali u mad-diversi konferenzi intergovernattivi li għamlu bidliet fit-trattati fundaturi tal-UE

Data miftuħa

Tista' wkoll issib dak li qed tfittex billi tikkonsulta l-portal tad-data miftuħa.

Persunal u dokumenti ta' reklutaġġ

L-aċċess għall-files tar-reklutaġġ tal-EPSO jew għal files personali tal-persunal tal-Kummissjoni hu regolat minn drittijiet ta' aċċess speċifiċi. L-applikanti li jixtiequ jiksbu aċċess għall-files tagħhom f'dawn l-oqsma għandhom jagħmlu dan billi jikkuntattjaw direttament l-EPSO jew id-DĠ HR.

Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

Riżorsi Umani u Sigurtà

Informazzjoni ġenerali

Jekk qed tfittex informazzjoni ġenerali dwar il-Kummissjoni Ewropea, Europe Direct jgħinek issib malajr dak li għandek bżonn. 

Tista’ tikkuntattja lil Europe Direct bit-telefown, bl-użu ta’ numru tat-telefown b’xejn li jaħdem minn kwalunkwe pajjiż tal-UE: 00 800 6 7 8 9 10 11. Dawn il-linji huma miftuħin bejn id-09:00 u s-18:00. 

Email - (tweġiba fi żmien 3 ijiem ta’ xogħol)

Itlob dokument

Jekk ma tistax issib id-dokument li qed tfittex, tista’ tissottometti talba għal aċċess għad-dokumenti tal-Kummissjoni Ewropea fil-link ta’ hawn taħt.

Talba għal dokument tal-Kummissjoni

Stqarrija ta’ privatezza

Meta talba tista' tiġi miċħuda?

Il-Kummissjoni għandha d-dritt li tirrifjuta l-aċċess għal dokumenti li, jekk jinkixfu, se jkunu ta’ dannu għal wieħed jew diversi interessi pubbliċi jew privati elenkati fir-Regolament 1049/2001.

Jekk jogħġbok innota li xi dokumenti tal-Kummissjoni jistgħu jkunu koperti, kompletament jew parzjalment, mill-eċċezzjonijiet għal aċċess pubbliku definiti fir-regolament.

Skont il-Qrati, preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar tapplika għal dokumenti relatati ma'

  • proċeduri ta’ EU pilot li għaddejjin bħalissa
  • każijiet ta’ ksur u awditjar li għadhom għaddejjin
  • każijiet ta' għajnuna mill-Istat
  • każijiet dwar il-kompetizzjoni dokumenti mibgħutin mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni
  • każijiet ta’ fużjoni
  • investigazzjonijiet kontra l-frodi (OLAF)
  • kawżi tal-qorti
  • offerti sottomessi minn offerenti oħrajn fi proċedura ta’ akkwist
  • proposti ta’ għotjiet sottomessi minn kandidati oħrajn
  • mistoqsijiet bil-miktub mitluba fil-proċeduri ta’ selezzjoni tal-persunal

Documents

 

  • 30 MEJJU 2001
Regulation (EC) no. 1049/2001 regarding public access to European Parliament, Council and Commission documents