Din l-informazzjoni hi disponibbli wkoll: bl-Ukren | українська | bir-Russu | русский Jekk int persuna li qed taħrab mill-aggressjoni fuq l-Ukrajna u ġej fl-Unjoni Ewropea, hawnhekk se ssib rakkomandazzjonijiet utli dwar kif tivvjaġġa bla periklu.Meta tivvjaġġa lejn u fl-UE, jekk jogħġbok kun af dwar ir-riskju ta’ traffikar u sfruttament. Ipprova uża t-trasport u l-akkomodazzjoni organizzati mill-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Tagħtix id-dokumenti ta’ identifikazzjoni, l-informazzjoni personali u l-affarijiet personali tiegħek lil xi ħadd għajr uffiċjali tal-gvern jew tal-fruntiera u dejjem informa lil qrabatek jew ħbiebek dwar fejn tinsab. Jekk xi ħadd joffrilek impjieg, tkixxef dwar il-kumpanija u f’każ ta’ dubju staqsi lill-awtoritajiet tal-pulizija nazzjonali jew lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għal aktar informazzjoni. Kontenut tal-PaġnaKontenut tal-Paġna Id-dokumenti tiegħek Qatt m’għandek tagħti l-passaport jew id-dokument tal-identità tiegħek lil xi ħadd għajr gwardja tal-fruntiera jew uffiċjal pubbliku. Żommhom f’ħobbok.Ħu ritratt tal-passaport jew tad-dokument tal-identità tiegħek bit-telefown tiegħek sabiex ikollok riżerva f’każ ta’ telf jew serq. Ibgħat kopja lill-ħbieb/lill-familja u lilek innifsek - pereżempju f’kont tal-email li jista’ jkollok - biex tkun tista’ taċċessa d-dokumenti tiegħek anki jekk titlef it-telefown tiegħek. Ivvjaġġar Numru kbir ta’ kumpaniji tat-trasport fl-UE kollha qed joffru trasport mingħajr ħlas. Sib id-dettalji ta’ kuntatt u l-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar għal kull pajjiż tal-UE.Ipprova vvjaġġa fi gruppi ta’ 2-3 adulti u żgura li t-tfal ikunu dejjem akkumpanjati. Jekk qed tivvjaġġa fil-karozza ta’ xi ħadd, staqsi jekk hux mistenni xi ħaġa mingħandek talli qed jittrasportak.Qabel tmur fil-karozza ta’ xi ħadd, ħu ritratt tal-pjanċa tal-liċenzja u ibgħatha lill-ħbieb u lill-familja tiegħek. Evita li tidħol f’karozzi ta’ sewwieqa li ma jippermettux li jittieħdu dawn ir-ritratti. Flus Ġorr il-flus xi mkien moħbi fuqek, forsi anke f’postijiet differenti.Immemorizza n-numru tal-karta ta’ kreditu/karta ta’ debitu tiegħek.Immemorizza n-numri tat-telefown ta’ diversi persuni affidabbli li jistgħu jgħinuk jekk titlef it-telefown tiegħek. Akkomodazzjoni Meta jkun possibbli, uża l-akkomodazzjoni pprovduta minn organizzazzjonijiet fdati.Jekk qed tibbukkja akkomodazzjoni online, żgura li tiċċekkja r-reċensjonijiet u tagħżel offerti b’numru għoli ta’ reċensjonijiet pożittivi. Jekk ikollok post fejn toqgħod u ma tħossokx sikur(a) - itlaq!Jekk qed toqgħod ma’ xi ħadd, staqsi jekk hux mistenni xi ħaġa mingħandek talli qed toqgħod hemm. Impjiegi Dejjem oqgħod attent(a) jekk:Xi ħadd joffrilek impjieg u ma jagħtik ebda informazzjoni bħall-indirizz u l-isem tal-impjegatur.Xi ħadd jagħmel pressjoni fuqek biex tiddeċiedi taċċettax l-offerta ta’ impjieg jew le.Xi ħadd joffrilek impjieg b’rabta mal-ivvjaġġar u mal-akkomodazzjoni mingħajr ħlas.Xi ħadd li qed joffrilek impjieg jitolbok tagħtih id-dokumenti tiegħek bl-iskuża li se jirranġalek kollox. Sikurezza mit-traffikar Jekk taħseb li sfajt vittma ta’ traffikar jew sfruttament: Aħrab u mur f’post pubbliku b’ħafna nies, pereżempju għassa tal-pulizija, sptar, librerija, bank, uffiċċju tal-posta, knisja jew binja tal-belt.Ikkuntattja lill-pulizija, organizzazzjoni li tgħin lill-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, l-awtoritajiet tal-pajjiż li tinsab fih jew lill-ambaxxata ta’ pajjiżek. Sib informazzjoni dwar l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet nazzjonali li jittrattaw it-traffikar tal-bnedmin.Sib lista ta’ hotlines nazzjonali kontra t-traffikar. Segwi l-aħħar progress u involvi ruħekTelegramXFacebookInstagramLinkedInNetwerks soċjali oħrajn
Jekk int persuna li qed taħrab mill-aggressjoni fuq l-Ukrajna u ġej fl-Unjoni Ewropea, hawnhekk se ssib rakkomandazzjonijiet utli dwar kif tivvjaġġa bla periklu.Meta tivvjaġġa lejn u fl-UE, jekk jogħġbok kun af dwar ir-riskju ta’ traffikar u sfruttament. Ipprova uża t-trasport u l-akkomodazzjoni organizzati mill-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Tagħtix id-dokumenti ta’ identifikazzjoni, l-informazzjoni personali u l-affarijiet personali tiegħek lil xi ħadd għajr uffiċjali tal-gvern jew tal-fruntiera u dejjem informa lil qrabatek jew ħbiebek dwar fejn tinsab. Jekk xi ħadd joffrilek impjieg, tkixxef dwar il-kumpanija u f’każ ta’ dubju staqsi lill-awtoritajiet tal-pulizija nazzjonali jew lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għal aktar informazzjoni.