Mur għall-kontenut ewlieni

Il-fondi strutturali u ta’ investiment Ewropej tal-2014-2020

Il-ħames fondi strutturali u ta’ investiment appoġġjaw il-ħolqien tal-impjiegi u l-investimenti sostenibbli fil-baġit fit-tul preċedenti.

L-appoġġ għat-tkabbir ekonomiku

Skont il-baġit fit-tul tal-UE 2014-2020, aktar minn nofs il-finanzjament tal-UE twassal permezz tal-5 Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE). Huma mmaniġġjati b’mod konġunt mill-Kummissjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-UE. L-Istati Membri xorta jistgħu jimpenjaw fondi taħthom sa tmiem l-2023. Għall-fondi strutturali taħt il-baġit fit-tul attwali, ara wkoll l-iżvilupp reġjonali u urban tal-UE.

L-għan ta’ dawn il-fondi hu li jsir investiment fil-ħolqien tal-impjiegi u f’ekonomija u f’ambjent Ewropej sostenibbli u b’saħħithom.

Il-FSIE 2014-2020 prinċipalment jiffoka fuq 5 oqsma:

  • ir-riċerka u l-innovazzjoni
  • it-teknoloġiji diġitali
  • l-appoġġ għall-ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju
  • il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali
  • in-negozji ż-żgħar

Il-5 fondi

Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej huma:

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – jippromwovi żvilupp ibbilanċjat fir-reġjuni differenti tal-UE.
Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR)

Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) - jappoġġja proġetti relatati mal-impjiegi fl-Ewropa kollha u jinvesti fil-kapital uman – il-ħaddiema tagħha, iż-żgħażagħ tagħha u dawk kollha li qed ifittxu impjieg.
Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE)

Il-Fond ta’ Koeżjoni (FK) – jiffinanzja proġetti tat-trasport u ambjentali f’pajjiżi li fihom l-introjtu nazzjonali gross (ING) għal kull abitant hu anqas minn 90% tal-medja tal-UE. Fl-2014-20, dawn kienu l-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja
Il-Fond ta’ Koeżjoni (FK)

Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) – jiffoka fuq is-soluzzjoni ta’ sfidi partikulari li jiffaċċjaw iż-żoni rurali tal-UE.
Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) – jgħin is-sajjieda jadottaw prattiki ta’ sajd sostenibbli u l-komunitajiet kostali sabiex jiddiversifikaw l-ekonomiji tagħhom, b’titjib tal-kwalità tal-ħajja tul il-kosti Ewropej.
Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS)

Kif inhuma mmaniġġjati l-fondi

Dawn il-fondi kollha huma mmaniġġjati mill-pajjiżi tal-UE nfushom, permezz ta’ ftehimiet ta’ sħubija.  

Kull pajjiż ipprepara ftehim, b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, hu u jistabbilixxi kif il-fondi kienu se jintużaw matul il-perjodu ta’ finanzjament 2014-2020.

Il-ftehimiet ta’ sħubija dwar il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej

Il-ftehimiet ta’ sħubija jwasslu għal serje ta’ programmi ta’ investiment li jgħaddu l-finanzjament lir-reġjuni u l-proġetti differenti fl-oqsma ta’ politika kkonċernati.

L-oqsma ta’ investiment

Il-benefiċjarji tal-FSIE

Ir-riżultati tan-negozjati

Dokumenti

 

17 DIĊEMBRU 2013
Ir-Regolament dwar id-dispożizzjonijiet komuni

 

17 DIĊEMBRU 2013
Ir-Regolament dwar il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali

 

17 DIĊEMBRU 2013
Ir-Regolament dwar il-Fond Soċjali Ewropew

 

17 DIĊEMBRU 2013
Ir-Regolament dwar il-Fond ta’ Koeżjoni

 

17 DIĊEMBRU 2013
Ir-Regolament dwar il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali

 

20 DIĊEMBRU 2013
Ir-Regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd