X’tagħmel l-UE L-UE taħdem biex tipproteġi d-demokrazija, il-libertà, l-ugwaljanza, u l-istat tad-dritt fl-Istati Membri kollha tagħha. Dawn il-valuri huma ggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, li tiddefendi d-dinjità, il-ġustizzja u t-trattament ugwali għal kulħadd fl-UE. L-UE tiżgura li dawn id-drittijiet jiġu rispettati billi timmonitorja kif l-Istati Membri japplikaw il-liġijiet tal-UE u billi tieħu azzjoni meta l-prinċipji demokratiċi jkunu f’riskju. Għaċ-ċittadini, dan ifisser il-protezzjoni tad-drittijiet marbuta maċ-ċittadinanza tal-UE bħad-drittijiet li wieħed jiċċaqlaq u jgħix liberament fl-UE, ir-rikonoxximent bla xkiel tad-deċiżjonijiet tal-qorti bejn fruntiera u oħra, u regoli b’saħħithom dwar il-privatezza bħall-protezzjoni tad-data (GDPR). L-UE timmonitorja, u għandha l-għan li ttejjeb, il-prevenzjoni tal-korruzzjoni u l-ġlieda kontriha fl-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, l-UE tiddefendi l-libertà tal-espressjoni u tippromwovi l-ugwaljanza permezz ta’ politiki kontra d-diskriminazzjoni.L-UE hija impenjata li tiġġieled kull forma ta’ diskriminazzjoni, kemm jekk ibbażata fuq is-sess, ir-razza, l-etniċità, il-lingwa, ir-reliġjon, id-diżabilità, l-età, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru kif ukoll jekk fuq fatturi oħra. L-UE tippromwovi u tipproteġi wkoll id-drittijiet tat-tfal. Għal dawn il-finijiet, il-Kummissjoni tistabbilixxi strateġiji u pjanijiet ta’ azzjoni apposta.L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem huma sħab ewlenin fis-salvagwardja ta’ dawn il-valuri. L-UE tappoġġa l-ħidma tagħhom biex id-demokrazija, il-ġustizzja u d-drittijiet jibqgħu b’saħħithom fl-UE kollha. Ċifri ewlenin 89% taċ-ċittadini jaħsbu li huwa importanti li l-pajjiżi kollha tal-UE jirrispettaw il-valuri ewlenin tal-UE86% taċ-ċittadini jaħsbu li huwa importanti li l-media u s-soċjetà ċivili joperaw liberament fl-UE kollha72% taċ-ċittadini jqisu li l-UE taqdi rwol importanti fejn tidħol id-difiża tal-istat tad-dritt f’pajjiżhom Sors: L-Ewrobarometru tal-2024 dwar l-istat tad-dritt Oqsma ta’ azzjoniIl-protezzjoni tad-dataRegoli li jissalvagwardjaw il-privatezza taċ-ċittadiniL-istat tad-drittAzzjonijiet tal-UE għall-protezzjoni tal-istat tad-drittIl-ġlieda kontra d-diskriminazzjoniIl-promozzjoni tal-ugwaljanza u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentaliIl-ġustizzja kriminaliSkopri kif l-UE ssaħħaħ il-ġustizzja kriminali, trawwem il-kooperazzjoni transfruntiera u tiżgura proċessi ġustiIl-ġustizzja ċiviliMiżuri li jgħinu liċ-ċittadini u lin-negozji f’kawżi transfruntieraId-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzjaL-isfruttar tad-diġitalizzazzjoni biex jissaħħu l-aċċess, l-effiċjenza u l-kooperazzjoniIċ-ċittadinanza tal-UEId-drittjiet taċ-ċittadini tal-UEL-ispazju ċivikuIl-protezzjoni tas-soċjetà ċivili u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u l-appoġġ għalihomId-demokrazija u d-drittijiet elettoraliAzzjonijiet għall-protezzjoni tad-demokrazija u għall-promozzjoni tal-elezzjonijiet ħielsaIl-ġlieda kontra l-korruzzjoniAzzjonijiet għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni u l-ġlieda kontrihaIl-liġi tal-kumpaniji u l-governanza korporattivaRegoli dwar l-istabbiliment u l-operat transfruntier tan-negozjiIl-protezzjoni għall-informaturiSkopri kif l-UE tipproteġi lil dawk li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-UE Kisbiet ewlenin kull min huwa nazzjonal ta’ pajjiż tal-UE huwa wkoll ċittadin tal-UE. Dan iġib miegħu drittijiet u opportunitajiet wesgħin, mill-għajxien u x-xogħol fi kwalunkwe pajjiż tal-UE sal-parteċipazzjoni fil-proċess demokratiku tagħha.Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) jagħti lin-nies kontroll qawwi fejn tidħol id-data personali tagħhom, b’hekk huwa fost il-liġijiet dwar il-privatezza l-aktar b’saħħithom fid-dinja.L-UE tissalvagwardja d-demokrazija, tippromwovi l-elezzjonijiet ħielsa u ġusti, u tipproteġi d-drittijiet elettorali taċ-ċittadini tal-UE, inkluż bil-pjan ta’ azzjoni għad-demokrazija Ewropea u l-pakkett dwar id-Difiża tad-Demokrazija.L-Istati Membri kollha tal-UE huma meħtieġa jirrispettaw id-drittijiet fundamentali bħal-libertà tal-espressjoni, l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, kif ukoll il-privatezza. Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE tiggarantixxi dawn id-drittijiet għal kull min jgħix fl-UE.L-UE tippromwovi l-qrati indipendenti u l-proċessi ġusti li huma vitali biex iċ-ċittadini u n-negozji joperaw b’ċertezza legali.Barra minn hekk, tiżgura l-aċċess għall-ġustizzja f’kawżi ċivili u kummerċjali transfruntiera, inkluż il-liġi tal-familja, billi tagħmel il-proċeduri aktar sempliċi, orħos u aktar prevedibbli. Il-liġi tal-kumpaniji tal-UE tipprevedi qafas legali komprensiv u diġitalizzat għal 20 miljun kumpanija u 2 miljun sħubija fl-UE, b’hekk tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kompetittività tan-negozji tal-UE u għall-iżgurar taċ-ċertezza legali. Ir-regoli tal-UE jipproteġu wkoll id-drittijiet tal-azzjonisti u jirrikjedu li l-kumpaniji l-kbar jindirizzaw l-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent fil-ktajjen tal-valur tagħhom.Biex tiġġieled il-kriminalità b’mod aktar effettiv, l-UE armonizzat ir-regoli dwar id-definizzjoni u l-pieni ta’ xi reati kriminali u għenet lill-pajjiżi jaħdmu flimkien billi jirrikonoxxu d-deċiżjonijiet ġudizzjarji ta’ xulxin, mill-ġbir tal-evidenza sal-konfiska tal-assi illeċiti.L-UE taħdem ukoll biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tad-detenzjoni. Il-Kummissjoni ressqet rakkomandazzjoni dwar id-drittijiet proċedurali tal-persuni suspettati u akkużati fl-arrest preventiv u dwar il-kundizzjonijiet materjali tad-detenzjoni.Barra minn hekk, l-UE tipproteġi d-drittijiet tal-vittmi ta’ reati permezz ta’ liġijiet u strateġiji bħall-istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi. L-awtoritajiet ġudizzjarji jikkooperaw permezz tal-Eurojust biex jiġġieldu l-kriminalità transfruntiera serja. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jinvestiga u jħarrek reati li jkunu ta’ dannu għall-baġit tal-UE, bħall-frodi jew il-korruzzjoni.Bis-saħħa ta’ qafas legali b’saħħtu, il-protezzjoni tal-informaturi tiżgura li dawk li jirrapportaw ksur tal-liġi tal-UE jiġu salvagwardjati. Taħt il-lenti Il-Kodiċi ta’ kondotta dwar il-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda online illegali rivedut huwa integrat fl-Att dwar is-Servizzi DiġitaliIl-“Kodiċi ta’ kondotta dwar il-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda online illegali +” rivedut ġie integrat fil-qafas tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali, li jħeġġeġ kodiċijiet ta’ kondotta volontarji għall-indirizzar tar-riskji online.Il-Kodiċi ta’ kondotta+ se jsaħħaħ il-mod kif il-pjattaformi online jindirizzaw il-kontenut li l-liġijiet tal-UE u dawk nazzjonali jiddefinixxu bħala diskors ta’ mibegħda illegali. Il-kodiċi ta’ kondotta integrat se jiffaċilita l-konformità mal-Att dwar is-Servizzi Diġitali u l-infurzar effettiv tiegħu fir-rigward tar-riskji tat-tixrid ta’ kontenut illegali fuq is-servizzi tagħhom.Skopri aktar dwar L-aħħar aħbarijiet 18 Marzu 2026Remarks by Executive Vice-President Virkkunen and Commissioners Zaharieva and McGrath on EU Inc. and the 28th regime18 Marzu 2026Statement by President von der Leyen on EU Inc.Ara kollox Eventi Attwalment ma hemm l-ebda avveniment skedat. Informazzjoni relatataLiġi (Ġustizzja, libertà u sigurtà)Dritt ċivili u kummerċjaliDemokrazija, ċittadinanza tal-UE, ġlieda kontra l-korruzzjoniFinanzjament u offertiKonsultazzjonijiet pubbliċi Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 3 Marzu 2026
L-UE taħdem biex tipproteġi d-demokrazija, il-libertà, l-ugwaljanza, u l-istat tad-dritt fl-Istati Membri kollha tagħha. Dawn il-valuri huma ggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, li tiddefendi d-dinjità, il-ġustizzja u t-trattament ugwali għal kulħadd fl-UE. L-UE tiżgura li dawn id-drittijiet jiġu rispettati billi timmonitorja kif l-Istati Membri japplikaw il-liġijiet tal-UE u billi tieħu azzjoni meta l-prinċipji demokratiċi jkunu f’riskju. Għaċ-ċittadini, dan ifisser il-protezzjoni tad-drittijiet marbuta maċ-ċittadinanza tal-UE bħad-drittijiet li wieħed jiċċaqlaq u jgħix liberament fl-UE, ir-rikonoxximent bla xkiel tad-deċiżjonijiet tal-qorti bejn fruntiera u oħra, u regoli b’saħħithom dwar il-privatezza bħall-protezzjoni tad-data (GDPR). L-UE timmonitorja, u għandha l-għan li ttejjeb, il-prevenzjoni tal-korruzzjoni u l-ġlieda kontriha fl-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, l-UE tiddefendi l-libertà tal-espressjoni u tippromwovi l-ugwaljanza permezz ta’ politiki kontra d-diskriminazzjoni.L-UE hija impenjata li tiġġieled kull forma ta’ diskriminazzjoni, kemm jekk ibbażata fuq is-sess, ir-razza, l-etniċità, il-lingwa, ir-reliġjon, id-diżabilità, l-età, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru kif ukoll jekk fuq fatturi oħra. L-UE tippromwovi u tipproteġi wkoll id-drittijiet tat-tfal. Għal dawn il-finijiet, il-Kummissjoni tistabbilixxi strateġiji u pjanijiet ta’ azzjoni apposta.L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem huma sħab ewlenin fis-salvagwardja ta’ dawn il-valuri. L-UE tappoġġa l-ħidma tagħhom biex id-demokrazija, il-ġustizzja u d-drittijiet jibqgħu b’saħħithom fl-UE kollha.
Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoniIl-promozzjoni tal-ugwaljanza u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali
Il-ġustizzja kriminaliSkopri kif l-UE ssaħħaħ il-ġustizzja kriminali, trawwem il-kooperazzjoni transfruntiera u tiżgura proċessi ġusti
Id-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzjaL-isfruttar tad-diġitalizzazzjoni biex jissaħħu l-aċċess, l-effiċjenza u l-kooperazzjoni
L-ispazju ċivikuIl-protezzjoni tas-soċjetà ċivili u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u l-appoġġ għalihom
Id-demokrazija u d-drittijiet elettoraliAzzjonijiet għall-protezzjoni tad-demokrazija u għall-promozzjoni tal-elezzjonijiet ħielsa
Il-liġi tal-kumpaniji u l-governanza korporattivaRegoli dwar l-istabbiliment u l-operat transfruntier tan-negozji
Il-protezzjoni għall-informaturiSkopri kif l-UE tipproteġi lil dawk li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-UE
Il-Kodiċi ta’ kondotta dwar il-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda online illegali rivedut huwa integrat fl-Att dwar is-Servizzi DiġitaliIl-“Kodiċi ta’ kondotta dwar il-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda online illegali +” rivedut ġie integrat fil-qafas tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali, li jħeġġeġ kodiċijiet ta’ kondotta volontarji għall-indirizzar tar-riskji online.Il-Kodiċi ta’ kondotta+ se jsaħħaħ il-mod kif il-pjattaformi online jindirizzaw il-kontenut li l-liġijiet tal-UE u dawk nazzjonali jiddefinixxu bħala diskors ta’ mibegħda illegali. Il-kodiċi ta’ kondotta integrat se jiffaċilita l-konformità mal-Att dwar is-Servizzi Diġitali u l-infurzar effettiv tiegħu fir-rigward tar-riskji tat-tixrid ta’ kontenut illegali fuq is-servizzi tagħhom.Skopri aktar dwar
18 Marzu 2026Remarks by Executive Vice-President Virkkunen and Commissioners Zaharieva and McGrath on EU Inc. and the 28th regime