Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 5 April 2024
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 2 min qari

Il-Jum Dinji tas-Saħħa: Is-saħħa hija dritt

Doctor assessing a mother and child

 

Is-7 ta’ April huwa l-Jum Dinji tas-Saħħa. It-tema ta’ din is-sena “Is-Saħħa Tiegħi Dritt Tiegħi” tenfasizza li l-aċċess għal kura tas-saħħa ta’ kwalità huwa dritt fundamentali. Dan il-prinċipju ewlieni sawwar ukoll l-Unjoni Ewropea tas-Saħħa li ilna nibnu mill-2020 meta faqqgħet il-COVID-19. Matul il-pandemija, l-UE żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-UE kellhom aċċess għal vaċċini sikuri u effettivi fl-istess ħin bl-istess kundizzjonijiet. 

Il-pandemija enfasizzat il-ħtieġa tal-pajjiżi Ewropej li jikkoordinaw biex jipproteġu s-saħħa tan-nies. Filwaqt li tibni fuq it-tagħlimiet meħuda, il-Kummissjoni qed tibni Unjoni Ewropea tas-Saħħa b’saħħitha billi: 

  • timplimenta regoli ġodda dwar theddid transfruntier serju għas-saħħa u toħloq Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa, biex tkun preparata aħjar għal theddid u kriżijiet futuri għas-saħħa 
  • issaħħaħ l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard 
  • tirriforma l-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-UE li se tiżgura aċċess f’waqtu għal mediċini affordabbli għaċ-ċittadini kollha 
  • tintroduċi l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa li se jippermetti liċ-ċittadini, lir-riċerkaturi u lil dawk li jfasslu l-politika jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tad-data diġitali dwar is-saħħa għall-benefiċċju tal-pazjenti 
  • tvara l-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer, wieħed mill-aktar pjanijiet ta’ azzjoni ambizzjużi u komprensivi fid-dinja għal azzjoni kontra l-kanċer, appoġġjat minn €4 biljun f’finanzjament tal-UE 
  • taħdem biex tkisser l-istigma għal kull ċittadin li jgħix bi sfidi tas-saħħa mentali  

L-Unjoni tas-Saħħa tagħna tagħmel is-sistemi tas-saħħa tagħna aktar b’saħħithom, u tpoġġi lill-pazjenti fiċ-ċentru. Dawn l-azzjonijiet ma jistgħux ikunu limitati għall-fruntieri tal-UE. Permezz tal-Istrateġija Globali tal-UE dwar is-Saħħa, qed ninvestu €4.4 biljun biex nagħtu spinta u nwasslu saħħa aħjar għan-nies mad-dinja kollha sal-2027. Saħħa pubblika tajba għal kull ċittadin hija l-pedament ta’ ekonomiji u soċjetajiet b’saħħithom fid-dinja kollha. 

Għal aktar informazzjoni

Negħlbu l-pandemija tal-COVID-19 flimkien u nibnu Unjoni tas-Saħħa 

L-Unjoni Ewropea tas-Saħħa 

Politika tas-saħħa pubblika 

Stqarrija mill-Kummissarju Kyriakides dwar il-Jum Dinji tas-Saħħa 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
5 April 2024
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni