Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet15 Mejju 2024Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni2 min qari

Nevalwaw il-progress magħmul biex l-Ewropa ssir aktar sigura

Computer screens displaying an illustration on cybersecurity

 

Qed ngħixu f’dinja dejjem aktar imprevedibbli fejn in-natura tat-theddid qed tevolvi u l-kriżijiet qed isiru aktar multidimensjonali. Erba’ snin ilu, l-UE impenjat ruħha li taħdem fuq l-isfidi interni u esterni tagħha għas-sigurtà meta adottat l-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà 2020-2025. 

Minn dak iż-żmien ’l hawn, kien hemm rapporti ta’ progress regolari li ħarsu lejn kemm l-UE kien qed jirnexxilha timplimenta din l-istrateġija u tagħmel l-Ewropa aktar sigura. Illum, il-Kummissjoni ppubblikat is-Seba’ Rapport ta’ Progress tagħha.

L-UE issa hija mgħammra aħjar milli kienet fl-2020 biex tiffaċċja l-isfidi tas-sigurtà, wara li adottat u stabbiliet firxa ta’ miżuri għall-prevenzjoni u l-indirizzar ta’ dan it-theddid li qed jevolvi. Dan huwa rifless fir-rapport tal-lum, li jqis il-progress f’ħames oqsma ewlenin:

  • It-tisħiħ tal-infrastruttura fiżika u diġitali tal-UE: l-UE ħadet miżuri biex issaħħaħ il-protezzjoni tal-infrastruttura kritika u r-reżiljenza tal-entitajiet li joperawha, biex tevita jew ittaffi l-impatt tat-tfixkil fis-servizzi essenzjali, u saħħet il-qafas legali biex tindirizza r-riskji online u offline attwali u futuri.
  • Il-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni: ġew adottati sett ta’ miżuri u għodod biex jappoġġjaw lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra t-terroriżmu. L-UE issa hija mgħammra aħjar biex tantiċipa, tipprevjeni, tipproteġi u tirrispondi għat-theddid terroristiku.
  • Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata: l-UE ħadet miżuri biex iżżarma l-istrutturi tal-kriminalità organizzata u tindirizza t-theddid f’oqsma bħaċ-ċiberkriminalità, it-traffikar illegali tad-drogi u oġġetti oħra, il-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin, il-kriminalità ambjentali, il-kriminalità ekonomika u finanzjarja u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.
  • It-tisħiħ tal-infurzar tal-liġi u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja: fost oħrajn, dan jinkludi regoli ġodda dwar l-iskambju tal-informazzjoni u r-reviżjoni tal-Qafas Prüm dwar l-iskambju awtomatizzat ta’ data għall-kooperazzjoni tal-pulizija, regoli ġodda dwar Informazzjoni bil-Quddiem dwar il-Passiġġieri u rwol iktar b’saħħtu għall-Europol.
  • Il-kooperazzjoni mas-sħab internazzjonali: l-UE hija aktar sikura meta s-sħab tagħha jkunu wkoll aktar sikuri. Fl-2023 biss, intefqu madwar €700 miljun biex jassistu l-kapaċitajiet ta’ pajjiżi terzi u jsaħħu l-kooperazzjoni tagħna magħhom fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti.

Għal aktar informazzjoni

Unjoni tas-Sigurtà Ewropea

Ewropa aktar sigura

Test tal-Istrateġija dwar l-Unjoni tas-Sigurtà 2020-2025

Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tirrapporta dwar il-progress ġenerali fl-Unjoni tas-Sigurtà

Skeda informattiva: Unjoni tas-Sigurtà tal-UE - kisbiet ewlenin

Filmat - Unjoni tas-Sigurtà: Il-protezzjoni taċ-Ċittadini, l-Infrastruttura u d-Demokrazija

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
15 Mejju 2024
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni