Tweġiba
Bħala kumpanija/organizzazzjoni, inti spiss ikollok bżonn tipproċessa d-data personali sabiex twettaq kompiti relatati mal-attivitajiet kummerċjali tiegħek. L-ipproċessar tad-data personali f'dan il-kuntest mhux neċessarjament ikun iġġustifikat minn obbligu legali jew biex jiġu esegwiti t-termini ta' kuntratt mal-individwu. F'dak il-każ, l-ipproċessar tad-data personali jista' jkun iġġustifikat għal raġunijiet ta' interessi leġittimi.
Il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek għandha tinforma lill-individwi dwar l-ipproċessar meta tiġbor id-data personali tagħhom.
Il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek għandha tivverifika wkoll li billi ssegwi l-interessi leġittimi tagħha ma tkunx qed timpatta b'mod serju d-drittijiet u l-libertajiet ta' dawk l-individwi, inkella l-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek ma tkunx tista' tiddependi fuq l-interessi leġittimi tagħha biex tiġġustifikal-ipproċessar tad-data u tkun teħtieġ issib raġuni legali oħra.
Eżempju
Il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek għandha interess leġittimu meta l-ipproċessar iseħħ fl-ambitu ta' relazzjoni mal-klijent, meta tipproċessa d-data personali għall-finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta, biex tevita l-frodi jew biex tiżgura s-sigurtà tan-netwerk u tal-informazzjoni tas-sistemi tal-IT tiegħek.