Page contents Page contents Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali meta tapplika?Id-dispożizzjonijiet tal-Karta japplikaw għall-istituzzjonijiet, għall-korpi, għall-uffiċċji, u għall-aġenziji tal-UE fl-azzjonijiet kollha tagħhom u għall-Istati Membri biss meta jkunu qed jimplimentaw id-dritt tal-UE.Il-Karta tipproteġi lill-individwi u lill-entitajiet legali minn azzjonijiet mill-istituzzjonijiet tal-UE li jiksru d-drittijiet fundamentali. Jekk jiġri hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE għandha s-setgħa li tirrevedi l-legalità tal-att.Jekk awtorità nazzjonali tikser drittijiet skont il-Karta meta timplimenta l-liġi tal-UE, l-imħallfin nazzjonali (taħt il-gwida tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, jekk ikun hemm bżonn) għandhom is-setgħa li jiżguraw li l-Karta tiġi rispettata.Il-Karta tapplika flimkien ma’ sistemi nazzjonali u internazzjonali ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, inkluża l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.Jekk tħoss li drittijietek inkisru f’kuntest mhux kopert mil-liġi tal-UE, ikollok tindirizza l-ilment tiegħek lill-awtorità nazzjonali rilevanti, kemm jekk huwa l-gvern, il-qrati nazzjonali jew korp speċjalizzat għad-drittijiet tal-bniedem.Kif tirrapporta ksur tad-drittijiet tiegħekKorpi nazzjonali tal-ugwaljanzaIl-pajjiżi kollha tal-UE għandhom jaħtru korp nazzjonali għall-ugwaljanza responsabbli għall-promozzjoni tat-trattament ugwali.Dawn il-korpi għandhom:jipprovdu assistenza indipendenti lill-vittmi tad-diskriminazzjoni,iwettqu stħarriġ u studji,jippubblikaw rapporti u rakkomandazzjonijiet indipendenti.Jekk tħoss li qed tiġi iddiskriminat, għandek tikkuntattja lill-korp nazzjonali tal-ugwaljanza f’pajjiżek.Lista ta’ korpi nazzjonali għall-ugwaljanzaAqra aktar dwar kif tagħmel ilment fil-livell nazzjonali.Biex issir taf jekk il-Karta tapplikax għall-każ tiegħek u kif tikseb l-għajnuna ikklikkja hawnhekk. Tipi ta’ ksurKsur minn awtorità nazzjonaliJekk awtorità nazzjonali tikser il-Karta meta timplimenta l-liġi tal-UE, l-imħallfin nazzjonali (taħt il-gwida tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, jekk ikun hemm bżonn) għandhom is-setgħa li jiżguraw li l-Karta tiġi rispettata.Ksur minn istituzzjoni tal-UEIl-Karta tipproteġi lill-individwi u lill-entitajiet legali minn azzjonijiet mill-istituzzjonijiet tal-UE li jiksru d-drittijiet fundamentali. Jekk jiġri hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE għandha s-setgħa li tirrevedi l-legalità tal-att.Il-Kummissjoni Ewropea tieħu azzjoni kontra awtorità nazzjonaliIl-Kummissjoni Ewropea, tista’ tressaq pajjiż tal-UE quddiem il-qorti talli kiser id-drittijiet fundamentali meta jimplimenta l-liġi tal-UE. Iżda ma tistax tagħmel dan meta tkun ikkonċernata biss il-liġi nazzjonali.Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem Indipendentement mill-obbligi tagħhom skont il-liġi tal-UE, il-pajjiżi kollha tal-UE ħadu wkoll impenji skont il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Dan ifisser li tista’ - bħala l-aħħar rimedju, wara li teżawrixxi r-rimedji kollha disponibbli għalik f’pajjiżek stess - tressaq azzjoni quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu jekk pajjiż tal-UE jkun kiser dritt fundamentali garantit mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.Biex tara jekk l-ilment tiegħek huwiex ammissibbli jew le, tista’ tikkonsulta l-lista ta’ kontroll tal-ammissibbiltà tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Dokumenti 4 MEJJU 2017EU Charter of Fundamental Rights infograph - where to go in case of breach? Links relatati Il-portal Ewropew tal-Ġustizzja ElettronikaIdentifikatur Ewropew tal-Każistika (ECLI)Skopri jekk każ huwiex ir-responsabbiltà tal-UE