Mur għall-kontenut ewlieni
1 of 1
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew

Nirsistu biex inkunu l-ewwel kontinent newtrali għall-klima

Il-Kummissjoni Ewropea adottat sett ta’ proposti leġiżlattivi sabiex il-politiki tal-UE dwar il-klima, l-enerġija, it-trasport u t-tassazzjoni tagħmilhom tajbin biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’mill-anqas 55% sal-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Aktar informazzjoni dwar Inwettqu l-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Punt ewlieni

Ċifri ewlenin

L-ewwel kontinent newtrali għall-klima
sal-2050
Mill-anqas 55% anqas
emissjonijiet netti tal-gassijiet serra sal-2030, imqabbla mal-livelli tal-1990
3 biljun
siġra li għandhom jitħawlu fl-UE sal-2030

Fuq xiex qed naħdmu

Drought - Spain

Inkunu l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050

a couple looking at energy bills

Tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u effiċjenti

Vegetables

Sistema ta’ ikel tajjeb għas-saħħa għan-nies u għall-pjaneta

The use of Wi-Fi and roaming in train and metro stations, and in public spaces

Forniment ta’ trasport effiċjenti, sikur u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent

an employee working on a solar panel

Strateġija industrijali għal Ewropa kompetittiva, ekoloġika u diġitali

drawing representing people, trees and a house

Inizjattiva kreattiva u interdixxiplinari li tgħaqqad il-Patt Ekoloġiku Ewropew mal-ispazji tal-għajxien u l-esperjenzi tagħna

Kronoloġija

  1. 10 ta' April 2024

    Il-Kummissjoni tieħu kont ta’ sensiela ta’ Djalogi dwar It-Tranżizzjoni Nadifa fir-rigward tat-trasformazzjoni tal-Ewropa f’ekonomija nadifa, effiċjenti fir-riżorsi, ekwa u kompetittiva

  2. 20 ta' Frar 2024
  3. 6 ta' Frar 2024

    Il-Kummissjoni taddotta Strateġija Industrijali tal-UE għall-Ġestjoni tal-Karbonju, li tistabbilixxi kif jinqabad, jinħażen u jintuża s-CO2 b’mod sostenibbli

  4. 6 ta' Frar 2024

    Il-Kummissjoni tippreżenta rakkomandazzjoni għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2040 biex tiġi stabbilita t-triq lejn in-newtralità klimatika fl-2050

  5. 6 ta' Frar 2024
  6. 25 ta' Jannar 2024
  7. 19 ta' Diċembru 2023
  8. 14 ta' Diċembru 2023
  9. 2 ta' Diċembru 2023

    Il-COP28: Il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen tniedi Wegħda Globali għall-Enerġija Rinnovabbli u l-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija

  10. 29 ta' Novembru 2023
  11. 28 ta' Novembru 2023
  12. 22 ta' Novembru 2023

    Il-Kummissjoni tipproponi liġi ġdida dwar il-monitoraġġ tal-foresti li għandha l-għan li ttejjeb ir-reżiljenza tal-foresti Ewropej

  13. 24 ta' Ottubru 2023
  14. 9 ta' Ottubru 2023

    Bl-adozzjoni tal-aħħar żewġ proposti, il-pakkett ta’ miżuri “Lesti għall-mira ta’ 55%” biex jitnaqqsu l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra b’mill-anqas 55% sal-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-1990 issa hu komplut. L-UE issa għandha miri klimatiċi li jorbtu legalment li jkopru s-setturi ewlenin kollha tal-ekonomija

  15. 13 ta' Lulju 2023

    Preżentazzjoni ta’ inizjattiva biex tissaħħaħ iċ-ċirkolarità tas-settur awtomobilistiku, li tkopri d-disinn, il-produzzjoni u t-trattament ta’ tmiem il-ħajja tal-vetturi

  16. 11 ta' Lulju 2023

    Preżentazzjoni ta’ miżuri biex it-trasport tal-merkanzija jsir aktar effiċjenti u sostenibbli, billi tittejjeb il-ġestjoni tal-infrastruttura ferrovjarja, jiġu offruti inċentivi aktar b’saħħithom għal trakkijiet b’emissjonijiet baxxi, u informazzjoni aħjar dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tat-trasport tal-merkanzija

  17. 5 ta' Lulju 2023

    Il-Kummissjoni tippreżenta pakkett ta’ miżuri għal użu sostenibbli ta’ riżorsi naturali ewlenin – biex tgħin lir-reżiljenza tal-ħamrija, iżżid is-sostenibbiltà u r-reżiljenza tas-sistemi tal-ikel tagħna, ittejjeb il-materjal riproduttiv tal-pjanti u tal-foresti u tnaqqas il-ħela tal-ikel u tat-tessuti

  18. 16 ta' Ġunju 2023

    Proposta għal reviżjoni tar-Regolament dwar it-Tikkettar tal-Enerġija, biex tgħin lill-konsumaturi jagħmlu għażliet infurmati u sostenibbli meta jixtru telefowns ċellulari bla fili u tablets

  19. 26 ta' April 2023

    Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jilħqu ftehim politiku dwar il-proposta ReFuelEU Aviation

  20. 25 ta' April 2023

    “Lesti għall-Mira ta’ 55%”: Il-Kunsill jadotta biċċiet ewlenin ta’ leġiżlazzjoni li jilħqu l-miri klimatiċi għall-2030

  21. 25 ta' April 2023

    Il-Pjattaforma tal-UE għax-Xiri tal-Enerġija: Il-Kummissjoni tniedi l-ewwel sejħa għall-kumpaniji biex jixtru l-gass b’mod konġunt

  22. 28 ta' Marzu 2023

    Qbil fuq liġi ġdida ambizzjuża biex tiġi installata infrastruttura suffiċjenti tal-karburanti alternattivi

  23. 23 ta' Marzu 2023

    Intlaħaq ftehim dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tat-trasport marittimu permezz tal-promozzjoni ta’ karburanti sostenibbli għat-trasport marittimu

  24. 22 ta' Marzu 2023

    Protezzjoni tal-konsumatur: nippermettu għażliet sostenibbli u nwaqqfu l-greenwashing

  25. 22 ta' Marzu 2023
  26. 16 ta' Marzu 2023

    Il-Kummissjoni tipproponi l-Att dwar il-Materja Prima Kritika

  27. 16 ta' Marzu 2023
  28. 14 ta' Marzu 2023

    Il-Kummissjoni tipproponi riforma tad-disinn tas-suq tal-elettriku tal-UE biex tagħti spinta lis-sorsi rinnovabbli, tipproteġi aħjar lill-konsumaturi u ttejjeb il-kompetittività industrijali

  29. 10 ta' Marzu 2023

    L-UE taqbel fuq regoli aktar b’saħħithom biex tixpruna l-effiċjenza fl-enerġija 

  30. 21 ta' Frar 2023

    Il-Kummissjoni qed tippreżenta pakkett ta’ miżuri biex ittejjeb is-sostenibbiltà u r-reżiljenza tas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura tal-UE.

  31. 14 ta' Frar 2023

    Il-Kummissjoni tipproponi mira ta’ emissjonijiet żero għall-2030 għal xarabanks ġodda fl-ibliet u tnaqqis ta’ 90% fl-emissjonijiet għal trakkijiet ġodda sal-2040

  32. 13 ta' Frar 2023

    Il-Kummissjoni tistabbilixxi r-regoli dwar l-idroġenu rinnovabbli

  33. 1 ta' Frar 2023

    Il-Kummissjoni qed tippreżenta Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku, l-inizjattiva biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-industrija b’emissjonijiet żero netti tal-Ewropa billi tappoġġja t-tranżizzjoni mħaffa lejn in-newtralità klimatika

  34. 24 ta' Jannar 2023

    Preżentazzjoni ta’ “Patt Ġdid għall-Pollinaturi” biex jiġi indirizzat it-tnaqqis allarmanti fl-insetti dakkara selvaġġi fl-Ewropa.

  35. 18 ta' Diċembru 2022

    L-UE taqbel li ssaħħaħ u tespandi l-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet, u toħloq Fond Soċjali għall-Klima biex jgħin lin-nies fit-tranżizzjoni

  36. 9 ta' Diċembru 2022

    Regoli ġodda dwar l-applikazzjoni tal-iskema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet fis-settur tal-avjazzjoni

  37. 6 ta' Diċembru 2022

    L-UE tilħaq ftehim dwar liġi kontra d-deforestazzjoni globali u d-degradazzjoni tal-foresti xprunati mill-produzzjoni u l-konsum tal-UE

  38. 15 ta' Novembru 2022
  39. 27 ta' Ottubru 2022

    Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jilħqu qbil politiku proviżorju dwar standards ta’ rendiment aktar stretti għall-emissjonijiet ta’ CO2 għal karozzi u vannijiet ġodda

  40. 26 ta' Ottubru 2022
  41. 15 ta' Settembru 2022

    Proposta għal intervent ta’ emerġenza fis-suq biex jitnaqqsu l-kontijiet tal-enerġija għall-Ewropej

  42. 20 ta' Lulju 2022
  43. 18 ta' Mejju 2022

    Pjan REPowerEU: enerġija affordabbli, sikura u sostenibbli għall-Ewropa

  44. 22 ta' April 2022

    Il-Kummissjoni Ewropea tingħaqad mal-Patt Klimatiku Ewropew u twiegħed li tagħmel l-operazzjonijiet tagħha newtrali għall-klima sal-2030

  45. 8 ta' Marzu 2022

    REPowerEU: Azzjoni Ewropea konġunta għal enerġija aktar affordabbli, sikura u sostenibbli

  46. 17 ta’ Mejju 2021
  47. 25 ta’ Marzu 2021
  48. 18 ta’ Jannar 2021
  49. 10 ta’ Diċembru 2020
  50. 9 ta’ Diċembru 2020
  51. 17 ta’ Settembru 2020
  52. 8 ta' Lulju 2020

    Adozzjoni tal-istrateġiji tal-UE għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija u tal-idroġenu biex titwitta t-triq lejn settur tal-enerġija kompletament dekarbonizzat, aktar effiċjenti u interkonness

  53. 20 ta’ Mejju 2020

    Preżentazzjoni tal-Istrateġija tal-Bijodiversità tal-UE għall-2030 biex tipproteġi r-riżorsi naturali fraġli fil-pjaneta tagħna

    Preżentazzjoni tal-“Istrateġija mill-għalqa sal-platt”, biex is-sistemi alimentari tagħna jsiru aktar sostenibbli

  54. 11 ta’ Marzu 2020

    Proposta għal Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari li jiffoka fuq l-użu sostenibbli tar-riżorsi

  55. 10 ta’ Marzu 2020

    Adozzjoni tal-Istrateġija Industrijali Ewropea, pjan għal ekonomija lesta għall-futur

  56. 4 ta’ Marzu 2020

    Proposta għal liġi Ewropea dwar il-klima biex tiġi żgurata Unjoni Ewropea newtrali għall-klima sal-2050

    Konsultazzjoni pubblika (miftuħa sas-17 ta’ Ġunju 2020) dwar il-Patt Klimatiku Ewropew li tlaqqa’ flimkien ir-reġjuni, il-komunitajiet lokali, is-soċjetà ċivili, in-negozji u l-iskejjel

  57. 11 ta’ Diċembru 2019

    Preżentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew

Aħbarijiet ewlenin

Dokumenti

15 JANNAR 2020
Komunikazzjoni u pjan direzzjonali dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew