Sistema ta’ ikel tajjeb għas-saħħa għan-nies u għall-pjaneta
Ir-rabta bejn persuni b’saħħithom, soċjetajiet b’saħħithom u pjaneta b’saħħitha tqiegħed is-sistemi tal-ikel sostenibbli fil-qalba tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-istrateġija tal-UE għat-tkabbir sostenibbli u inklużiv. Il-Patt huwa mfassal biex jagħti spinta lill-ekonomija, itejjeb is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tan-nies, u jieħu ħsieb tan-natura.
Is-sistema agrikola u alimentari Ewropea, appoġġjata mill-Politika Agrikola Komuni, diġà hija standard globali f’termini ta’ sikurezza, sigurtà tal-provvista, nutrizzjoni u kwalità. Issa, għandha ssir ukoll l-istandard globali għas-sostenibbiltà. Ċaqliqa lejn sistema tal-ikel sostenibbli tista’ ġġib benefiċċji ambjentali, tas-saħħa u soċjali, kif ukoll toffri gwadann ekonomiku aktar ġust. L-irkupru mill-pandemija se jpoġġina fi triq sostenibbli.
L-għanijiet tal-UE huma
- l-iżgurar tas-sigurtà tal-ikel fid-dawl tat-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità
- it-tnaqqis tal-impronta ambjentali u klimatika tas-sistema tal-ikel tal-UE
- it-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistema tal-ikel tal-UE
- it-tmexxija ta’ tranżizzjoni globali lejn sostenibbiltà kompetittiva mill-għalqa sal-platt
Il-Kummissjoni Ewropea adottat sett ta’ proposti leġiżlattivi sabiex il-politiki tal-UE dwar il-klima, l-enerġija, t-trasport u t-tassazzjoni tagħmilhom tajbin biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’mill-inqas 55% sal-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Aktar informazzjoni dwar Inwettqu l-Patt Ekoloġiku Ewropew.
Fiċ-ċentru tal-attenzjoni

Din tagħmel il-katina tal-provvista alimentari tal-UE mill-għalqa sal-platt aktar sostenibbli: għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent
Dokumenti