L-UE naqqset is-sehem tagħha tal-importazzjonijiet tal-gass mir-Russja minn 45 % għal 19 %, bis-saħħa tal-pjan REPowerEU, imniedi f’Mejju 2022 biex titnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq l-enerġija mir-Russja. Madankollu, fl-2024 l-UE reġgħet rat żieda fl-importazzjonijiet tal-gass mir-Russja. Għalhekk, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat pjan direzzjonali biex tiżgura li l-UE ttemm għalkollox id-dipendenza tagħha fuq l-enerġija mir-Russja, filwaqt li tiżgura provvisti u prezzijiet stabbli tal-enerġija fl-UE kollha. Il-pjan direzzjonali se jara t-tneħħija gradwali taż-żejt, tal-gass u tal-enerġija nukleari mir-Russja mis-swieq tal-UE b’mod koordinat u sigur hekk kif l-UE tagħmel it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. Sa tmiem l-2025, il-pajjiżi tal-UE se jħejju pjanijiet nazzjonali li jistabbilixxu kif se jikkontribwixxu għall-eliminazzjoni gradwali tal-importazzjonijiet tal-gass, tal-enerġija nukleari u taż-żejt mir-Russja. Fl-istess ħin, se jkomplu l-isforzi biex titħaffef it-tranżizzjoni tal-enerġija tal-UE u jiġu diversifikati l-provvisti tal-enerġija bil-għan li jiġu eliminati r-riskji għas-sigurtà tal-provvista u għall-istabbiltà tas-suq. Il-pjan direzzjonali jinkludi miżuri biex il-gass: jitwaqqfu l-importazzjonijiet kollha tal-gass mir-Russja sa tmiem l-2027 billi jittejbu t-trasparenza, il-monitoraġġ u t-traċċabbiltà tal-gass mir-Russja fis-swieq kollha tal-UE. Se jiġu evitati kuntratti ġodda ma’ fornituri tal-gass mir-Russja u sa tmiem l-2025 se jitwaqqfu l-kuntratti spot (bi ħlas immedjat).iż-żejt: tittieħed azzjoni ġdida bil-għan li tiġi indirizzata l-“flotta mdella” tar-Russja (bastimenti użati mir-Russja biex tevita s-sanzjonijiet) li tittrasporta ż-żejtl-enerġija nukleari: jiġu ristretti kuntratti ġodda tal-provvista ffirmati b’mod konġunt mill-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għall-uranju, għall-uranju arrikkit u għal materjali nukleari oħra li ġejjin mir-Russja Bl-eliminazzjoni gradwali tal-enerġija mir-Russja, il-pjan direzzjonali REPowerEU se jnaqqas ir-riskji għas-sigurtà li qed tiffaċċja l-UE. Se jikkontribwixxi wkoll għall-pjan ekonomiku stabbilit mill-Boxxla għall-Kompetittività, mill-Patt għal Industrija Nadifa u mill-Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Affordabbli. Sistema tal-enerġija aktar nadifa u indipendenti tgħin biex l-ekonomija tingħata spinta filwaqt li tagħti wkoll kontribut enormi għall-ambizzjonijiet tad-dekarbonizzazzjoni tal-Ewropa. Il-Kummissjoni se tressaq proposti leġiżlattivi biex tappoġġa l-pjan direzzjonali x-xahar id-dieħel. Għal aktar informazzjoni Il-pjan direzzjonali REPowerEUIs-sigurtà tal-provvista tal-gass Is-sigurtà tal-provvista taż-żejt Stqarrija għall-istampa: L-UE għandha ttemm għalkollox id-dipendenza tagħha fuq l-enerġija mir-Russja Dettalji Data tal-pubblikazzjoni6 Mejju 2025AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni