“Fl-istorja tal-bniedem, in-nies dejjem iċċaqalqu. Iżda n-negozju tal-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti qatt ma kien daqshekk profittabbli, u tant fatali. Il-mobbiltà tal-bniedem hija fatt tal-ħajja. Il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti m’għandhiex tkun. Tista’ tingħeleb. Hija kwistjoni ta’ rieda politika. U nistgħu nirnexxu biss flimkien.” Il-President tal-Kummissjoni von der Leyen Kull sena, jintilfu eluf ta’ ħajjiet minħabba l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti. Biex tiġġieled kontra din l-attività kriminali fatali, il-Kummissjoni nediet l-Alleanza Globali għall-Ġlieda Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti. Din l-Alleanza se tiffoka fuq il-prevenzjoni, ir-rispons u l-alternattivi għall-migrazzjoni irregolari, inkluż l-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari u l-iffaċilitar tal-perkorsi legali. Il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll li taġġorna r-regoli tal-UE għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti bl-armonizzazzjoni ulterjuri tar-regoli fil-pajjiżi tal-UE, il-kriminalizzazzjoni tal-faċilitazzjoni tad-dħul, it-tranżitu u s-soġġorn mhux awtorizzati ta’ ċittadini mhux tal-UE, u ż-żieda fil-penali għat-traffikanti bit-tisħiħ tar-rwol tal-Europol, l-aġenzija tal-infurzar tal-liġi tal-UE, fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni tad-dħul klandestin tal-migranti, billi jiżdiedu r-riżorsi finanzjarji u umani għad-dispożizzjoni tagħha Stimulata minn kriżijiet fid-dinja, il-faċilitazzjoni kriminali tal-immigrazzjoni illegali fl-UE, li tattira nies iddisprati bil-gideb, qed tilħaq livelli ġodda. L-organizzazzjonijiet kriminali li jużaw rotot tal-art, tal-baħar u tal-ajru, tipikament irossu mijiet ta’ persuni fuq dgħajjes żgħar, meta jivvjaġġaw bil-baħar. Dan irriżulta fl-għadd xokkanti ta’ 28,000 persuna li għerqu jew għebu fil-Baħar Mediterran mill-2014. It-telf traġiku ta’ ħajjiet umani għandu jieqaf. Għal aktar informazzjoni Konferenza Internazzjonali dwar Alleanza Globali għall-Ġlieda Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil Faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali Skeda informattiva dwar l-UE li tintensifika l-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tniedi Alleanza Globali għall-Ġlieda Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti u tipproponi qafas legali msaħħaħ tal-UE Diskors mill-President von der Leyen fil-Konferenza Internazzjonali dwar Alleanza Globali għall-Ġlieda Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin Dettalji Data tal-pubblikazzjoni28 Novembru 2023AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni