Mur għall-kontenut ewlieni

Għajnuna tal-UE f’pajjiżi fraġli u milquta minn konflitt

Ħarsa ġenerali

Illum, 1.5 biljun persuna jgħixu fi stati fraġli u milquta minn konflitt (FCAS). L-ifqar popolazzjonijiet tad-dinja huma kkonċentrati dejjem aktar f’pajjiżi fraġli, u dawn il-pajjiżi jibqgħu l-aktar ’il bogħod milli jilħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju.

Fi stati fraġli u milquta minn konflitt, l-istrutturi statali huma dgħajfa jew qed ifallu, u jinkiser il-kuntratt soċjali minħabba li l-istat ma jkunx jista’ jew mhux lest li jaqdi l-funzjonijiet bażiċi tiegħu

  • iż-żamma tal-istat tad-dritt
  • il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet bażiċi
  • l-iżgurar tas-sigurtà u s-sikurezza tal-popolazzjoni tiegħu
  • it-tnaqqis tal-faqar
  • it-twassil ta’ servizzi pubbliċi u l-immaniġġjar tar-riżorsi
  • l-iżgurar ta’ aċċess leġittimu għall-poter politiku b’mod ġust u trasparenti

Madankollu, tista’ tinbidel is-sitwazzjoni globali ġenerali. Xi pajjiżi li kienu fraġli fil-passat saru membri responsabbli u influwenti tal-komunità internazzjonali b’ekonomiji dinamiċi. 

Iżda, pajjiżi oħrajn, marru lura lejn faqar, konflitt u insigurtà aktar profondi. It-tranżizzjoni mill-fraġilità tista’ tieħu żmien twil, billi trasformazzjonijiet bażiċi ta’ governanza jistgħu jieħdu deċennji - madwar 20-40 sena.

Sfidi għat-twassil tal-għajnuna

Kontribuzzjonijiet għall-għajnuna bilaterali tal-UE lill-pajjiżi fraġli u milquta minn konflitt, li ammontaw għal madwar €2.7 biljun fl-2012, issupplixxew aktar minn nofs it-total tal-għajnuna għall-iżvilupp mill-UE (minbarra l-għajnuna umanitarja) f’dik is-sena.

L-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ kooperazzjoni u t-twassil tal-għajnuna f’sitwazzjonijiet ta’ fraġilità u ta’ kriżi huma sfidi kbar. Madankollu, l-UE għandha l-għan li tagħti għajnuna rapida, flessibbli u effettiva, waqt li tiżgura impatt massimu għar-riżorsi tal-UE.