L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) irid iżomm reġistru tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar kollha ta’ data personali mwettqa mill-Kummissjoni. Ir-reġistru, li għandu jkun fih informazzjoni li tispjega l-iskop u l-kundizzjonijiet tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar kollha, huwa aċċessibbli għal kwalunkwe persuna interessata.
Ir-rekords miżmuma fil-bażi tad-data għandhom jipprovdu tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrollur, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data u, fejn applikabbli, il-proċessur u l-kontrollur konġunt;
(b) il-finijiet tal-ipproċessar;
(c) deskrizzjoni tal-kategoriji ta’ suġġetti tad-data u tal-kategoriji ta’ data personali;
(d) il-kategoriji tar-riċevituri li lilhom tkun ġiet żvelata jew se tiġi żvelata d-data personali, inklużi riċevituri fl-Istati Membri, pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali;
(e) meta jkun applikabbli, trasferimenti ta’ data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali, inkluża l-identifikazzjoni ta’ dak il-pajjiż terz jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali u d-dokumentazzjoni ta’ salvagwardji xierqa;
(f) fejn ikun possibbli, il-limiti ta’ żmien ippjanati għat-tħassir tad-diversi kategoriji ta’ data;
(g) fejn ikun possibbli, deskrizzjoni ġenerali tal-miżuri tekniċi u organizzattivi ta’ sigurtà msemmija fl-Artikolu 33.
L-aċċess għar-reġistru