Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet29 Novembru 2023Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni2 min qari

Proposti ġodda joffru lill-passiġġieri drittijiet imtejba u aċċess aktar faċli għall-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar

Woman looking at her smartphone in Belgian railway station

 

Qatt kellek it-titjira tiegħek ikkanċellata u ma ngħatajtx kumpens għaliha? Id-drittijiet tal-passiġġieri se jissaħħu, bis-saħħa ta’ proposti ġodda tal-Kummissjoni. Bħalissa, l-Unjoni Ewropea hija l-unika żona fid-dinja li għandha qafas tad-drittijiet tal-passiġġieri fis-seħħ għall-mezzi kollha tat-trasport. Iżda filwaqt li l-leġiżlazzjoni tal-UE hija tajba, il-passiġġieri jiffaċċjaw kwistjonijiet minħabba implimentazzjoni u infurzar ħżiena. L-aġġornamenti proposti għal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-mobbiltà jsaħħu l-mekkaniżmi ta’ infurzar u jtejbu r-regoli għar-rimborż għall-passiġġieri tal-ajru

Ir-Regolament rivedut dwar id-Drittijiet tal-Passiġġieri u d-Direttiva tal-2015 dwar il-pakketti tal-ivvjaġġar iwasslu għal titjib fiċ-ċikorstanzi li ġejjin: 

  • Persuni b’diżabbiltà li jivvjaġġaw bl-ajru - jekk il-linja tal-ajru tobbligahom jivvjaġġaw akkumpanjati, il-persuna li takkumpanjahom tivvjaġġa mingħajr ħlas 
  • Biljetti tal-ajru mixtrija permezz ta’ intermedjarji (bħall-aġenziji tal-ivvjaġġar) – il-passiġġieri se jkollhom aktar ċarezza dwar min se jirrimborżahom: l-operatur tat-trasport jew l-intermedjarju 
  • Vjaġġi multimodali – passiġġieri li jużaw tipi differenti ta’ trasport se jkunu intitolati għal informazzjoni u protezzjoni aħjar 
  • Prepagamenti għal pakketti tal-ivvjaġġar fil-ħin tal-booking jew “id-depożiti” – limitazzjoni għal massimu ta’ 25% tal-prezz tal-pakkett sa 28 jum qabel it-tluq 
  • Rimborż permezz ta’ vouchers — rifużjoni awtomatika jekk ma jintużawx qabel tmiem il-perjodu ta’ validità tagħhom u protezzjoni kontra l-insolvenza ta’ kumpanija tal-ivvjaġġar 
  • Id-dritt li tingħata rifużjoni fi żmien 14-il jum huwa affermat mill-ġdid 

Il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll li jinħoloq “spazju komuni Ewropew tad-data dwar il-mobbiltà” li se jagħmilha aktar faċli biex tiġi aċċessata u kondiviża d-data dwar it-trasport kemm għan-negozji kif ukoll għall-passiġġieri. Ir-regoli ġodda ssuġġeriti se jħeġġu lill-Istati Membri biex jimmonitorjaw b’mod proattiv il-kwistjonijiet tal-ivvjaġġar u mhux biss jirrispondu meta l-ilmenti jkunu hemm. Jekk tiġi ppromulgata, il-Kummissjoni tkun tista’ titlob lill-pajjiżi tal-UE jinvestigaw u jieħdu azzjoni fejn meħtieġ.  

Għal iktar informazzjoni 

Drittijiet tal-passiġġieri 

Skeda informattiva dwar il-Pakkett dwar il-Mobbiltà

Awtomatizzazzjoni u diġitalizzazzjoni fit-trasport 

Stqarrija għall-istampa: Drittijiet imtejba u informazzjoni aħjar għall-vjaġġaturi

Mistoqsijiet u tweġibiet - Protezzjoni aktar effettiva għall-vjaġġaturi b’pakketti tal-ivvjaġġar

Mistoqsijiet u tweġibiet dwar ir-reviżjoni tar-Regolamenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri

Mistoqsijiet u tweġibiet dwar ir-Reviżjoni tar-Regolament Delegat dwar servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali u dwar il-Komunikazzjoni dwar il-ħolqien ta’ spazju komuni Ewropew tad-data dwar il-mobbiltà (EMDS)

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
29 Novembru 2023
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni