Mur għall-kontenut ewlieni

Min iħaddimni jista' jġegħilni nagħti l-kunsens tiegħi biex juża d-data tiegħi?

Tweġiba

Is-sitwazzjoni bejn min iħaddem u l-impjegat hija ġeneralment meqjusa bħala relazzjoni żbilanċjata fejn min iħaddem ikollu aktar saħħa mill-impjegat. Billi l-kunsens għandu jingħata b'mod liberu, u fid-dawl tar-relazzjoni żbilanċjata, f'ħafna każijiet, min iħaddmek ma jistax jiddependi fuq il-kunsens tiegħek biex juża d-data tiegħek.

Jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn l-ipproċessar tad-data personali ta' impjegat fuq il-bażi tal-kunsens tal-impjegat ikun legali, b'mod speċjali jekk ikun fl-interess tal-impjegat. Pereżempju, jekk kumpanija tagħti benefiċċji lill-impjegat jew lill-membri tal-familja tiegħu jew tagħha (pereżempju skontijiet fuq is-servizzi tal-kumpanija), l-ipproċessar tad-data personali tal-impjegat huwa permess u legali, jekk ikun ingħata l-kunsens infurmat minn qabel.

Eżempju

Il-kunsens mhux validu

Min iħaddmek jemmen li l-produttività tax-xogħol jeħtieġ li tittejjeb. Biex jagħmel dan għandu l-ħsieb li jinstalla kameras tas-CCTV fil-kurituri u fid-daħla għall-kmamar tal-banju. Huwa jitolbok tagħti l-kunsens tiegħek sabiex ikun jista' jimmonitorja l-movimenti tiegħek u l-ħin li tqatta' barra mill-uffiċċju. Anke jekk inti tagħti l-kunsens tiegħek, dan għandu jitqies invalidu u min iħaddmek ma jistax jinstalla CCTV abbażi ta' dak il-kunsens.

Referenzi

Example

Consent not valid

Your employer believes that work productivity needs to be improved. To do this he intends to install CCTV cameras in the corridors and at the entrance to the bathrooms. He asks you to give your consent so that he can monitor your movements and the time spent out of office. Even if you do consent, it would be considered invalid and your employer can’t install CCTV based on that consent.