Mur għall-kontenut ewlieni

Maniġers fil-Kummissjoni Ewropea

Deskrizzjoni tal-impjieg, kwalifiki prinċipali u postijiet vakanti għal pożizzjonjiet fil-maniġment fil-Kummissjoni Ewropea.

Postijiet vakanti

L-avviżi ta’ pożizzjonijiet vakanti għal pożizzjonijiet maniġerjali 

Maniġers superjuri

Impjiegi

Il-maniġers superjuri jinkludu

  • Diretturi Ġenerali
  • Viċi Diretturi Ġenerali
  • Diretturi
  • Konsulenti Prinċipali

Id-Diretturi Ġenerali huma l-impjegati taċ-ċivil tal-UE tal-ogħla livell li jirrappurtaw direttament lill-Kummissarju responsabbli għall-qasam ta’ politika kopert mid-Direttorat Ġenerali (DĠ) tagħhom.

Id-diretturi jirrappurtaw lid-Diretturi Ġenerali u huma responsabbli għall-maniġment tar-riżorsi finanzjarji u umani fid-Direttorati tagħhom.

Il-kwalifiki prinċipali

Il-maniġers superjuri jintgħażlu skont varjetà ta’ kwalifiki tal-ogħla livell. Huma jrid ikollhom esperjenza fil-maniġment u jkunu jistgħu juru ħiliet ta’ tmexxija. Iridu juru wkoll standards għoljin ta’ effiċjenza, abilità u integrità. Id-Diretturi Ġenerali jinħatru fil-grad AD 15 jew AD 16, filwaqt li d-Diretturi jinħatru fil-grad AD 14 jew AD 15. 

Maniġers intermedji

Impjiegi

Il-maniġers intermedji jinkludu

  • Kapijiet tal-Unità
  • Kapijiet tad-Dipartiment
  • Kapijiet tat-Task Force

Il-maniġers intermedji huma l-maniġers diretti tal-Kummissjoni. Huma għandhom rwol prinċipali fit-twassil effettiv tal-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni.

Il-kwalifiki prinċipali

Il-maniġers intermedji jrid ikollhom il-ħiliet neċessarji biex jimmotivaw u jimmaniġġjaw it-timijiet, għarfien espert f’politiki jew attivitajiet speċifiċi, u - fejn hu xieraq - esperjenza professjonali u ta’ maniġment rilevanti. Il-Kapijiet tal-Unità jistgħu jinħatru fil-gradi AD 9 sa AD 14.

Il-mobilità tal-maniġers

Il-mobilità fi ħdan id-dipartimenti u bejniethom fil-Kummissjoni Ewropea hija inkoraġġuta b’mod attiv. Fil-prinċipju, il-maniġers ibiddlu l-impjieg tagħhom kull 5 snin. Il-maniġers intermedji huma meħtieġa jiċċaqilqu lejn Direttorat Ġenerali differenti tal-inqas kull 10 snin. 

Impjiegi temporanji għall-maniġers

Normalment il-pożizzjonijiet fil-maniġment jimtlew mill-uffiċjali tal-istituzzjonijiet Ewropej. Madankollu, f’ċerti ċirkostanzi, jistgħu jinfetħu impjiegi temporanji għall-applikanti esterni.

Documents

  • 19 APRIL 2022
Privacy Statement - Middle management selection procedures

  • 6 FRAR 2024
Privacy statement - Senior management selection procedures

  • 18 JANNAR 2017
Senior management selection: short guide for external applicants

  • 18 JANNAR 2017
Commission senior officials policy: compilation document

  • 18 JANNAR 2017
Commission Decision on middle management staff - C(2016) 3288 final

  • 18 JANNAR 2017
Annex to the Commission Decision on middle management staff - C(2016) 3288 final