Mur għall-kontenut ewlieni

Kif nista' nikseb aċċess għad-data personali li kumpanija/organizzazzjoni għandha dwari?

Tweġiba

Inti għandek id-dritt li tikseb konferma mingħand il-kumpanija/l-organizzazzjoni dwar jekk għandhiex jew le kwalunkwe data personali li tikkonċernak.

Jekk għandhom id-data personali tiegħek ikollok id-dritt li tikseb aċċess għal dik id-data, li tingħata kopja u li tikseb kwalunkwe informazzjoni addizzjonali rilevanti (bħar-raġuni tagħhom għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek, il-kategoriji tad-data personali użati, eċċ.).

Dan id-dritt ta' aċċess għandu jkun faċli u jkun possibbli f'intervalli raġonevoli. Il-kumpanija/l-organizzazzjoni għandha tipprovdi kopja tad-data personali tiegħek mingħajr ħlas. Kwalunkwe kopji oħra jistgħu jkunu soġġetti għal tariffa raġonevoli. Meta t-talba ssir permezz ta' mezzi elettroniċi (pereżempju permezz tal-posta elettronika), u sakemm ma titlobx mod ieħor , l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f'forma elettronika li tintuża normalment.

Dan id-dritt mhuwiex assolut: l-użu tad-dritt ta' aċċess għad-data personali tiegħek m'għandux jaffettwa d-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, inkluż is-sigrieti tal-mestier jew il-proprjetà intellettwali.

Eżempji

Id-dritt ta' aċċess

Inti tissellef kotba minn librerija. Tista' titlob lil-librerija tipprovdik bid-data personali li għandhom dwarek. Il-librerija għandha mbagħad tipprovdilek l-informazzjoni kollha li għandha maħżuna dwarek. Pereżempju, meta l-ewwel bdejt tuża s-servizzi tal-librerija, liema kotba ssellift, jekk qatt kellekx xi ktieb li ngħata lura tard u l-multi li stajt ġarrabt.

Inti abbonajt għall-karta tal-lealtà ta' katina ta' supermarkets li tinsab f'partijiet differenti tal-belt u fil-pajjiż kollu. Jekk tuża d-dritt tiegħek li titlob għall-informazzjoni u li tikseb l-informazzjoni personali maħżuna mill-iskema tal-kard tal-lealtà, inti għandek tirċievi informazzjoni dwar, pereżempju, kemm spiss użajt il-kard, f'liema supermarkets għamilt ix-xiri tiegħek, kwalunkwe skontijiet ingħatajt u jekk kontx fil-mira permezz tal-użu ta' tekniki li joħolqu profil, u kif, jekk is-supermarket, li huwa parti minn katina multinazzjonali ta' kumpaniji, żvelax id-data tiegħek lill-kumpanija assoċjata tiegħu li tbigħ il-fwejjaħ u l-kożmetiċi.

Referenzi

Examples

Right to access

You borrow books from a library. You can ask the library to provide you with the personal data which concerns you that they hold. The library should then provide you with all information about you that is stored by them. For example, when you first started using the library services, which books you have borrowed; whether you have ever had any book overdue and fines you might have incurred.

You subscribed to a loyalty card scheme of a supermarket chain located in different parts of the city and throughout the country. If you use your right to ask for information about and obtain your personal information stored by the loyalty card scheme, you should receive information about, for example, how often you used the card, at which supermarkets you did your shopping, any discounts you were awarded and whether you were targeted through the use of profiling techniques, and in which way, whether the supermarket, which is part of a multinational chain of companies, has disclosed your data to its sister company selling perfumes and cosmetics.