Brussell, il-Belġju
Il-Parlament Ewropew
Il-membri tal-Parlament Ewropew għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom fi Brussell, fejn issib il-Parlament Ewropew u l-Parlamentarium
Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-UE
Esplora ċ-ċentru tal-viżitaturi biex titgħallem dwar il-ħidma tal-Kunsill u dwar l-UE kollha kemm hi. Irranġa żjara individwali jew ta’ grupp, jew itlob preżentazzjoni dwar suġġett speċifiku.
Żur il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-UE
Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Iż-żjarat ta’ informazzjoni jipprovdu introduzzjoni u jispjegaw ir-rwol tar-reġjuni fit-tiswir tal-kontenut tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.
Żur il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Skopri r-rwol tal-kumitat fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Żur il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Strasburgu, Franza
Il-Parlament Ewropew
Il-biċċa l-kbira tas-sessjonijiet plenarji jsiru fi Strasburgu, fejn jinsab l-Emiċiklu (il-kamra tad-dibattiti fil-forma ta’ nagħla taż-żiemel) u l-parlamentarium Simon Veil.
Żur l-Emiċiklu tal-Parlament Ewropew
Il-Lussemburgu
Il-Parlament Ewropew
Il-Lussemburgu jospita partijiet tal-amministrazzjoni, fejn huwa bbażat l-ewwel emiċiklu mibni apposta tal-Parlament Ewropew.
Żur il-Parlament Ewropew
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Attendi smigħ pubbliku fil-Qorti tal-Ġustizzja jew fil-Qorti Ġenerali jew ipparteċipa fi żjara gwidata tal-binjiet u tax-xogħlijiet tal-arti.
Żur il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA)
Iż-żjarat jinvolvu preżentazzjoni minn uffiċjal tal-QEA dwar ir-rwol u l-ħidmiet tal-istituzzjoni, segwiti minn diskussjoni.
Żur il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Frankfurt, il-Ġermanja
Il-Bank Ċentrali Ewropew
Żjarat gwidati speċjalizzati huma provduti dwar l-istorja, il-kollezzjoni ta’ arti u l-arkitettura tal-binja.
Żur il-Bank Ċentrali Ewropew