Mur għall-kontenut ewlieni

Mandat tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-<i>Data</i> (UPD)

Kull istituzzjoni għandha UPD wieħed jew aktar biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data fl-istituzzjonijiet.

Il-mandat tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) hu li jiżgura li l-kontrolluri jirrispettaw l-obbligi tagħhom tal-protezzjoni tad-data u li s-suġġetti tad-data huma informati dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

L-UPD jiżgura b’mod indipendenti l-applikazzjoni interna tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1725 u jżomm reġistru pubbliku tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar imwettqa mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni ħatret Koordinatur tal-Protezzjoni tad-Data (KPD) f’kull Direttorat Ġenerali (DĠ). Dan ġie ġġustifikat mid-daqs tal-istituzzjoni u n-neċessità li jkun hemm relays fid-DĠ differenti. Hemm ukoll UPD speċifiku għall-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).