Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Saħħa pubblika

X’tagħmel l-UE?

Ċifri ewlenin dwar is-saħħa pubblika

€4.4 biljun
Għall-bini ta’ sistemi tas-saħħa aktar b’saħħithom, reżiljenti u aċċessibbli (2021–2027)
90–95 %
Ir-rata medja tat-tilqim tat-tfal (l-ewwel doża) fl-UE għall-ħosba, il-gattone u r-rubella
€1.2 biljun
Finanzjament għal 20 azzjoni ewlenija li jintegraw is-saħħa mentali fl-oqsma kollha ta’ politika

Oqsma ta’ azzjoni

Azzjonijiet u proġetti li jgħinu fit-titjib tas-saħħa mentali tan-nies

Niżguraw id-disponibbiltà u l-kompetittività tal-apparati mediċi

Kisbiet ewlenin

  • Ir-rata ta’ mortalità tat-trabi tal-UE — li tipikament tkun ta’ inqas minn 4 mewtiet għal kull 1,000 twelid ħaj — hija waħda mill-aktar baxxi fid-dinja.
  • Il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tgħin lill-vjaġġaturi jieħdu l-kura jekk jimirdu waqt li jkunu qed iżuru Stat Membru ieħor tal-UE, filwaqt li l-liġi tal-UE dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali tistabbilixxi d-drittijiet taċ-ċittadini meta jaqsmu l-fruntieri għall-kura ppjanata.
  • Permezz tan-networks ta’ referenza Ewropej, il-pazjenti b’mard rari jew kumpless jibbenefikaw mill-aħjar għarfien espert fl-Ewropa mingħajr lanqas biss ma jitilqu minn pajjiżhom.
  • Il-kanċer hu kawża ewlenija tal-mewt fl-UE, u spiża għolja għas-sistemi tas-saħħa. Permezz tal-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer, appoġġat minn finanzjament ta’ €4 biljun, l-UE qed tappoġġa l-prevenzjoni, id-detezzjoni, id-dijanjożi u t-trattament bikrija kif ukoll il-kwalità tal-ħajja għall-pazjenti u s-superstiti tal-kanċer.
  • L-UE appoġġat bil-qawwa r-riċerka u t-tnedija tal-vaċċini kontra l-COVID-19: vaċċini sikuri u effettivi ġew żviluppati fi żmien rekord, u l-Kummissjoni assigurat biżżejjed dożi biex tħares lill-Ewropej u tgħin lill-pajjiżi terzi.
  • Aħna stabbilejna l-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa (HERA, Health Emergency Preparedness and Response Authority). Il-HERA tiżgura li l-UE u l-Istati Membri jkunu mħejjija aħjar biex jiffaċċjaw it-theddid transkonfinali futur għas-saħħa, u li jkollhom biżżejjed provvisti mediċi. Eżempju wieħed: meta tfaċċat tifqigħa tal-Mpox fl-2022, l-UE assigurat it-twassil ta’ vaċċini effettivi fi ftit ġimgħat biss, bis-saħħa tar-reazzjoni malajr tal-HERA.

Taħt il-lenti