Network għall-Iżvilupp Urban
Bejn l-2014 u l-2020, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali se jalloka €15-il biljun direttament għal strateġiji integrati għal żvilupp urban sostenibbli. Madwar 900 belt fl-UE kollha għandhom is-setgħa li jimplimentaw dawn l-istrateġiji. In-Network għall-Iżvilupp Urban (UDN) jappoġġja l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-ibliet involuti fl-Iżvilupp Urban Sostenibbli u fl-Azzjonijiet Innovattivi Urbani. Il-UDN jippromwovi d-djalogu dwar l-Iżvilupp Urban Sostenibbli fost il-Kummissjoni, l-ibliet u partijiet ikkonċernati oħrajn.
Għal aktar informazzjoni ara l-paġna web tan-Network għall-Iżvilupp Urban.
Bliet intelliġenti
Is-soluzzjonijiet teknoloġiċi li jġibu flimkien oqsma differenti ta’ politika jgħinu lill-ibliet biex inaqqsu l-impatt ambjentali tagħhom u joffru liċ-ċittadini ħajja aħjar. L-Ibliet u l-Komunitajiet Intelliġenti huma appoġġjati permezz ta’ diversi strumenti tal-UE, bħall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, Orizzont 2020 u s-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar Bliet u Komunitajiet Intelliġenti (EIP-SCC).
Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija
Mill-2008 ’l hawn, il-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija laqqa’ flimkien l-awtoritajiet lokali u reġjonali li b’mod volontarju jimpenjaw ruħhom li jimplimentaw l-objettivi tal-UE dwar il-klima u l-enerġija fit-territorju tagħhom.
Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija
Politika urbana internazzjonali
Fuq livell globali, l-UE tappoġġja l-iżvilupp urban sostenibbli. Hi pparteċipat fl-Habitat III, il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Housing u l-Iżvilupp Urban Sostenibbli, fejn l-Aġenda Urbana Ġdida ġiet adottata mill-Istati Membri tan-NU. Hi tikkoopera ma’ pajjiżi min-Nofsinhar u mil-Lvant tal-Mediterran. Hi tipprovdi finanzjament għal kooperazzjonijiet bejn l-ibliet.