Mur għall-kontenut ewlieni

Id-destinatarji u r-riżultati tal-għajnuna tal-UE

Id-destinatarji, il-proċessi u r-riżultati tal-għajnuna internazzjonali tal-UE.

Ħarsa ġenerali

L-UE hi kollettivament l-akbar donatur ta’ għajnuna internazzjonali fid-dinja, billi tipprovdi aktar minn €50 biljun fis-sena biex tgħin fil-ġlieda kontra l-faqar u biex tavvanza l-iżvilupp globali. Hija impenjata li timplimenta l-ftehimiet internazzjonali dwar l-effettività tal-għajnuna u li tagħti kont ta’ għemilha liċ-ċittadini tal-UE, li jagħmlu l-inizjattivi ta’ solidarjetà possibbli.

EU aid explorer

L-EU aid explorer huwa għodda tal-web li jipprovdi aċċess faċli għal data ċara, sħiħa u preċiża dwar l-għajnuna għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja tal-UE fid-dinja. Hu juża mapep u graffs biex juri liema donatur hu attiv u fejn hu attiv, liema setturi u pajjiżi jirċievu l-assistenza u kemm jirċievu assistenza u kif il-finanzjament jinbidel matul iż-żmien. 

EDRIS

L-EDRIS, is-Sistema ta' Informazzjoni Ewropea għar-Reazzjoni f'Każ ta' Emerġenza u Diżastri, hija bażi tad-data li fiha informazzjoni dettaljata dwar il-finanzjament tal-għajnuna. Hi mmaniġġjata mill-Kummissjoni Ewropea u aġġornata direttament mill-pajjiżi tal-UE.

Is-sistema ta' trasparenza finanzjarja

Is-Sistema ta’ trasparenza finanzjarja hija bażi tad-data bl-ismijiet tal-benefiċjarji ta’ fondi mogħtija mill-Kummissjoni kull sena. Hija tippubblika l-benefiċjarji biss tal-fondi mill-baġit tal-UE li huma mmaniġġjati mill-Kummissjoni, kif ukoll mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ).