Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet20 Marzu 2024Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni1 min qari

Intejbu l-kwalità tat-traineeships fl-UE

A learning apprentice being trained at a Vocational Education and Training School in Rotterdam, The Netherlands.

 

It-trainees mill-UE kollha se jgawdu minn traineeships ta’ kwalità aħjar bis-saħħa ta’ proposti ġodda tal-Kummissjoni. Dawn se jtejbu u jsaħħu l-kundizzjonijiet tax-xogħol għat-trainees, u jiżguraw li kulħadd ikun jista’ jagħmel traineeship irrispettivament mill-isfond soċjoekonomiku jew id-diżabbiltà tiegħu, permezz ta’:

  • titjib tal-kontenut tat-tagħlim
  • żgurar ta’ paga ġusta
  • għajnuna lit-trainees biex jitolbu għad-drittijiet tax-xogħol tagħhom
  • rakkomandazzjoni tal-aċċess għal protezzjoni soċjali adegwata
  • ġlieda kontra impjiegi regolari li jiġu ppreżentati bħala traineeships
  • ħolqien ta’ kanali biex jiġu rrapportati l-prattiki ħżiena u l-kundizzjonijiet ħżiena tax-xogħol
  • promozzjoni ta’ aċċess indaqs għal opportunitajiet ta’ traineeships
  • permess għal xogħol ibridu u mill-bogħod
  • offerta ta’ gwida għall-karriera u mentoraġġ
  • kopertura tat-tipi kollha ta’ traineeships

Il-qafas kurrenti tal-UE għat-traineeships diġà jistabbilixxi 21 prinċipju ta’ kwalità biex jiġu żgurati tagħlim u kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ kwalità għolja. Dawn jinkludu avviżi ta’ pożizzjonijiet vakanti ċari, ftehimiet ta’ traineeships bil-miktub, objettivi ta’ tagħlim definiti b’mod ċar, u informazzjoni trasparenti dwar ir-remunerazzjoni u l-protezzjoni soċjali. Ladarba jiġu adottati, ir-regoli l-ġodda se jsaħħu dan il-qafas eżistenti, kif mitlub mill-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u mill-Parlament Ewropew

It-traineeships huma mod importanti kif tinkiseb esperjenza prattika, biex wieħed jitgħallem ħiliet ġodda, u biex isib impjieg. Għal min iħaddem, it-traineeships jattiraw, iħarrġu u jżommu n-nies għall-impjiegi. Stħarriġ reċenti tal-Ewrobarometru wera li 78% taż-żgħażagħ Ewropej għamlu tal-inqas traineeship wieħed, b’68% minnhom li sabu xogħol wara. Aktar min-nofs ta’ dawn l-internships kienu mħallsa u 61% ta’ dawk li wieġbu kellhom aċċess sħiħ jew parzjali għall-protezzjoni soċjali.

Għal iktar informazzjoni

It-Traineeships fl-UE

Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tieħu azzjoni biex ittejjeb il-kwalità tat-traineeships fl-UE

L-Istħarriġ tal-Ewrobarometru dwar it-traineeships 

Is-Sena Ewropea tal-Ħiliet

Il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ

Il-programm tal-Blue Book traineeships tal-Kummissjoni

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
20 Marzu 2024
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni