Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet28 Mejju 2024Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni1 min qari

L-ilmijiet għall-għawm tal-Ewropa huma sikuri

Two paddle boarders are visible on a lake behind some trees

 

Hekk kif qed nippreparaw għall-jiem sħan tas-sajf li ġejjin, nistgħu nserrħu moħħna li fl-2023 il-maġġoranza l-kbira tas-siti tal-ilma għall-għawm fl-Ewropa, jiġifieri 85.4%, laħqu l-istandards tal-kwalità tal-għawm l-aktar stretti tal-UE u huma meqjusa “eċċellenti”. Dan huwa skont ir-rapport annwali dwar l-Ilma għall-Għawm li ġie ppubblikat illum mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent flimkien mal-Kummissjoni.

Ir-rapport jiffoka fuq is-sikurezza għall-għawm, permezz tal-monitoraġġ tal-batterji li jistgħu jikkawżaw mard serju fin-nies, aktar milli l-kwalità ġenerali tal-ilma. Filwaqt li maġġoranza kbira tas-siti laħqu l-ogħla standards ta’ kwalità għall-għawm, kważi l-ilmijiet għall-għawm kollha, jiġifieri 96%, identifikati uffiċjalment fl-UE laħqu mill-inqas l-istandards minimi ta’ kwalità.  1.5% biss ġew ikklassifikati bħala “ħżiena” - 321 minn 22,081 sit għall-għawm - li jfisser li dawn instabu li kienu ta’ riskju għas-saħħa tal-għawwiema.

Madankollu, filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-ilmijiet għall-għawm tal-Ewropa huma f’kundizzjoni eċċellenti minn perspettiva batterjoloġika, it-tniġġis tal-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art għadu sinifikanti u jista’ jiħżien minħabba t-tibdil fil-klima. It-titjib tar-reżiljenza tal-ilma għan-nies u għall-ambjent fis-snin li ġejjin se jkun kruċjali.

Id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm, li għenet biex tittejjeb il-kwalità tal-ilma sa mill-introduzzjoni tagħha fl-2006, hija waħda minn diversi biċċiet tal-liġi tal-UE li jipproteġu l-ilma. Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma għandha l-għan li tiżgura li l-Ewropej kollha jkollhom aċċess għal ilma ta’ kwalità tajba u suffiċjenti, u li tiggarantixxi l-istatus tajjeb tal-korpi tal-ilma kollha fl-Ewropa kollha. Il-parti ċentrali hija d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma li, mill-2000, tirrappreżenta l-liġi ewlenija għall-protezzjoni tal-ilma fl-UE.

Għal aktar informazzjoni

Valutazzjoni tal-2023 dwar il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawm li tinkludi skedi informattivi tal-pajjiżi u mappa interattiva

Regoli tal-UE dwar il-kwalità tal-ilma għall-għawm 

Regoli tal-UE dwar l-ilma

Stqarrija għall-istampa: L-ilmijiet għall-għawm tal-Ewropa huma sikuri

Aġenzija Ewropea għall-Ambjent: Il-kwalità tal-ilma għall-għawm

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
28 Mejju 2024
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni