Mur għall-kontenut ewlieni

#DiscoverTranslation

Kampanja għall-promozzjoni tal-professjoni tat-traduzzjoni lil udjenzi barra mill-industrija tal-lingwa

Ilkoll kemm aħna nibbenefikaw mit-traduzzjoni, anke jekk xi drabi ma napprezzawx kemm hemm xogħol warajha.

Ara t-tikketti tal-ikel, pereżempju. Dawn iridu jkunu fil-lingwa tiegħek – mhux biss biex tkun taf x’qed tiekol, iżda biex tkun tista’ tinduna jekk hemmx ingredjenti li jistgħu jikkawżaw reazzjoni allerġika.

Dan huwa biss wieħed mill-ħafna eżempji li juru kif it-traduzzjoni professjonali tgħinna fil-ħajja ta’ kuljum. Ix-xogħol tat-traduzzjoni ta’ spiss hu inviżibbli. Iżda qiegħed hemm, kullimkien madwarna. Diffiċli timmaġina l-ħajja mingħajrha.

Bil-kampanja #DiscoverTranslation, il-Kummissjoni Ewropea trid tippromwovi l-professjoni tat-traduzzjoni u tenfasizza r-rwol vitali tagħha fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.

F'dan is-sit issib materjal ta’ sfond u eżempji li juri kif taħdem, fis-soċjetà u fl-ekonomija. U għal dawk li jinteressaw ruħhom sew, hemm informazzjoni dwar il-possibbiltajiet interessanti ta’ karriera li toffri l-industrija lingwistika, u links għal avvenimenti fil-pajjiżi tal-UE li tista’ ssib utli. Agħtih daqqa t’għajn – u ma ddumx ma tirrealizza li t-traduzzjoni tinsab tassew kullimkien madwarna. 

Documents

4 SETTEMBRU 2020
#DiscoverTranslation — Info sheet: Imagine a world without translation

4 SETTEMBRU 2020
#DiscoverTranslation — Info sheet: Debunking translation myths

4 SETTEMBRU 2020
#DiscoverTranslation — Info sheet: Translation – helping in crisis situations

4 SETTEMBRU 2020
#DiscoverTranslation — Info sheet: Machine Translation

4 SETTEMBRU 2020
#DiscoverTranslation — Info sheet: Language technologies

4 SETTEMBRU 2020
#DiscoverTranslation — Info sheet: Why use a professional translator?

4 SETTEMBRU 2020
#DiscoverTranslation — Info sheet: Skills profiles in the language industry