Mur għall-kontenut ewlieni
banner-europe-for-citizens.png

Europe for Citizens (EFC) support initiatives to strengthen remembrance of the recent European history and to enhance civic participation at EU level.

L-Ewropa għaċ-Ċittadini hu l-programm tal-UE għall-finanzjament tal-proġetti li:

  • jgħinu lill-pubbliku jifhem l-istorja, il-valuri u d-diversità tal-UE
  • iħeġġu liċ-ċittadini biex jieħdu sehem u jinvolvu ruħhom fid-demokrazija fuq il-livell tal-UE.

Għall-2014-20, għandu baġit totali €187,718,000

eu_for_citizen_project_results.png

Flussi ta’ finanzjament

1. It-tifkira Ewropea — l-Unjoni Ewropea bħala proġett ta’ paċi

Il-porgramm jappoġġja inizjattivi li:

  • jiddiskutu għaliex u kif reġimi totalitarji li ċappsu l-istorja moderna tal-Ewropa ħadu l-poter.
  • iħarsu lejn il-mumenti l-oħra li ddefnixxew l-UE u l-punti ta’ referenza
  • iqisu perspettivi storiċi differenti

Prijoritajiet għall-2019 u l-2020

  • kommemorazzjonijiet (PDF) ta’ punti ewlenin li biddlu l-istorja fl-istorja reċenti Ewropea
  • is-soċjetà ċivili u l-parteċipazzjoni ċivika taħt reġimi totalitarji
  • antisemitiżmu, antiżingariżmu, ksenofobija, omofobija u forom oħra ta’ intoleranza: jinġibdu t-tagħlimiet għal-lum
  • it-tranżizzjoni demokratika u l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea

2. Involviment demokratiku u parteċipazzjoni ċivika — ninvolvu ċ-ċittadini

Ġemellaġġ tal-Ibliet

Proġetti li jġibu flimkien iċ-ċittadini minn ibliet ġemellati biex jiddibattu kwistjonijiet dwar l-aġenda politika Ewropea. Dawn jiżviluppaw l-opportunitajiet għan-nies biex ifittxu lil xulxin u biex jagħmlu volontarjat fuq il-livell tal-UE.

Networks tal-ibliet

L-ibliet huma mħeġġa biex jikkoperaw ma’ xulxin fi żmien ta’ terminu twil biex jiskopru suġġetti u temi partikolari, jaqsmu riżorsi u/jew interessi, jifirxu l-influwenza tagħhom u/jew jiffaċċjaw l-isfidi komuni.

Proġetti tas-soċjetà ċivili

Dawn il-proġetti jagħtu liċ-ċittadini opportunità li jieħdu sehem b’mod konkret fil-proċess fit-tfassil tal-politika tal-UE. Dawn jistimilaw dibattiti biex jipproponu soluzzjonijiet għal kwistjonijiet permezz ta’ kooperazzjoni fuq il-livell Ewropew.

Prijoritajiet għall-2019 u l-2020

  • niddibattu dwar il-futur tal-Ewropa u nisfidaw l-ewroxettiċiżmu
  • nippromwovu s-solidarjetà fi żmenijiet ta’ kriżi
  • inrawmu djalogu interkulturali u fehim reċiproku u niġġieldu l-istigmatizzazzjoni tal-migranti u l-gruppi minoritarji

Għotjiet operatorji

Gruppi ta’ riflessjoni (korpi ta’ riċerka dwar il-politika pubblika) u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-UE kollha jistgħu jirċievu għotjiet operatorji — appoġġ finanzjarju għall-ispejjeż relatati mal-attivitajiet tagħhom.

Applika għall-finanzjament

Ara d-dettalji fuq is-sit web tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

Grupp ta’ Djalogu Ċivili

Civil Dialogue group

Il-punti ta’ kuntatt tal-Ewropa għaċ-Ċittadini

Ikseb gwida u appoġġ bil-lingwa tiegħek mill-punt ta’ kuntatt tal-Ewropa għaċ-Ċittadini f’pajjiżek:

Europe for Citizens contact points

Dokumenti ta’ referenza

Reference documents

Proġetti ffinanzjati mill-Ewropa għaċ-Ċittadini

Sib infomration u riżultati ta’ proġetti appoġġjati mill-programm l-Ewropa għaċ-Ċittadini

Documents

17 FRAR 2020
Europe for Citizens Infographic

30 OTTUBRU 2019
Annual Work Programme 2020