Mur għall-kontenut ewlieni

Kif jiġu stabbiliti l-prijoritajiet

Il-Kummissjoni Ewropea tippjana u tirrapporta dwar il-ħidma tagħha f’ċiklu annwali magħruf bħala ċ-ċiklu tal-ipprogrammar u tal-ippjanar strateġiku. Il-prijoritajiet ewlenin tal-Kummissjoni huma stabbiliti mill-President tal-Kummissjoni kull 5 snin.

Strateġija politika ġenerali

L-istrateġija ġenerali tal-UE hi żviluppata b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tagħha: il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u l-Kummissjoni Ewropea.

B’mod partikolari, il-Kunsill Ewropew (il-mexxejja mill-pajjiżi kollha tal-UE) jipprovdi l-orjentazzjonijiet u l-prijoritajiet politiċi ġenerali.

Il-President tal-Kummissjoni jiddetermina wkoll il-prijoritajiet politiċi tal-mandat tiegħu. Kull 5 snin, fil-bidu ta' term ġdid tal-Kummissjoni, il-President tal-Kummissjoni jistabbilixxi l-oqsma ta' prijorità li għandhom ikunu enfasizzati matul it-term. Dawn l-oqsma huma derivati mill-aġenda strateġika tal-Kunsill u mid-diskussjonijiet mal-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew.

Prijoritajiet għall-2019 – 2024

Il-prijoritajiet tal-Kummissjoni għall-perjodu 2019-24 huma stabbiliti fil-linji gwida politiċi tal-President. 

6 prijoritajiet tal-Kummissjoni għall-2019-2024

Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni

Kull sena, il-President tal-Kummissjoni jiġi fil-Parlament Ewropew biex jippreżenta t-twettiq tal-Kummissjoni matul is-sena preċedenti u l-prijoritajiet jew l-inizjattivi li ġejjin għas-sena li jmiss fid-diskors tal-Istat tal-Unjoni.

Diskorsi dwar l-Istat tal-Unjoni

Kif titwettaq l-istrateġija

Il-pjan ta’ azzjoni ta’ kull sena tal-Kummissjoni

Ibbażat fuq id-dikjarazzjoni tal-President tal-Kummissjoni quddiem il-Parlament Ewropew, pjan ta’ azzjoni għat-12-il xahar li jmiss hu stabbilit mill-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni. Dan jiddeskrivi kif il-prijoritajiet politiċi se jinbidlu f'azzjonijiet konkreti.

Istituzzjonijiet oħrajn tal-UE u l-parlamenti nazzjonali jagħtu l-kummenti tagħhom ukoll dwar il-programm.

Aqra l-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni

Ippjanar u rapportar mid-dipartimenti

Id-dipartimenti tal-Kummissjoni jipproduċu pjanijiet strateġiċi u ta' ġestjoni li juru kif huma se jikkontribwixxu għall-prijoritajiet tal-Kummissjoni u jistabbilixxu objettivi ċari u indikaturi għall-monitoraġġ u r-rapportar.

Għal kull inizjattiva leġiżlattiva jew li tiddefinixxi l-politika, id-dipartimenti tal-Kummissjoni jippreparaw valutazzjoni tal-impatt biex janalizzaw l-effetti ekonomiċi, ambjentali u soċjali ta' kull proposta.

Lista ta' inizjattivi ppjanati tal-Kummissjoni u lista tal-inizjattivi adottati tal-Kummissjoni tkun aġġornata kull xahar u tintbagħat lill-istituzzjonijiet oħrajn tal-UE biex tgħinhom jorganizzaw l-attivitajiet tagħhom.

Fl-aħħar tas-sena tal-baġit, id-dipartimenti kollha jipproduċu rapport ta' attività annwali dwar il-prestazzjoni tagħhom fit-twettiq tal-objettivi tagħhom.

Dawn ir-rapporti jinġabru f'rapport ta' sinteżi kkomunikat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Mill-2016 'il quddiem, ir-rapport ta’ sinteżi hu inkluż fir-rapport annwali tal-ġestjoni u l-prestazzjoni għall-baġit tal-UE.