Mur għall-kontenut ewlieni

L-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Ħruġ teħtieġ azzjoni kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri.

Kwalunkwe ftehim huwa tajjeb biss skont kemm jiġi implimentat b’mod effettiv. L-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tinvolvi l-adozzjoni ta’ atti legali mill-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u r-Renju Unit, kif ukoll l-implimentazzjoni bl-adozzjoni ta’ politiki u miżuri relatati mal-ħruġ tar-Renju Unit. Dan jinkludi wkoll ir-responsabbiltà li tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni miż-żewġ Partijiet u li tiġi żgurata l-konformità.

Xi oqsma se jkunu ta’ xogħol partikolarment intensiv mill-1 ta’ Jannar 2021, jiġifieri:

  • it-tkomplija tal-ħidma tal-Kumitat Konġunt biex jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. Dan hu magħmul minn rappreżentanti tal-UE u r-Renju Unit, u ppresedut b’mod konġunt minnhom.
  • l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-Drittijiet taċ-Ċittadini li teħtieġ ukoll monitoraġġ mill-qrib mill-Kummissjoni Ewropea.
  • l-implimentazzjoni tas-saldu finanzjarju, li jiżgura li r-Renju Unit u l-UE se jonoraw l-obbligi finanzjarji kollha meħuda waqt li r-Renju Unit kien membru tal-Unjoni Ewropea.