Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet12 Diċembru 2023Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni1 min qari

Miżuri ġodda se jżidu t-trasparenza biex jipproteġu aħjar id-demokrazija Ewropea

A young participant in the EU-LAC Forum raising her hand before speaking

 

F’soċjetajiet demokratiċi u miftuħa, kulħadd jista’ jesprimi ruħu liberament, jipparteċipa bis-sħiħ, u jgawdi d-drittijiet u l-libertajiet tiegħu. Iżda fl-Ewropa, id-demokrazija għandha wkoll l-għedewwa tagħha. Xi wħud għamlu tentattivi biex jisfruttaw id-diviżjoni tas-soċjetà u jxerrdu d-diżinformazzjoni biex idgħajfu l-vuċi demokratika taċ-ċittadini jew biex ifixklu l-kampanji elettorali.

Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni ressqet miżuri ġodda biex:

  • tiżgura t-trasparenza tar-rappreżentanza tal-interessi barranin li tfittex li tinfluwenza l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-Unjoni, bis-saħħa ta’ standards komuni ta’ responsabbiltà u ta’ Reġistru ta’ Trasparenza għall-entitajiet li jwettqu attivitajiet ta’ rappreżentanza ta’ gruppi ta’ interess f’isem pajjiż terz
  • issaħħaħ il-proċessi elettorali fl-UE, billi tappoġġja parteċipazzjoni għolja tal-votanti, u tipproteġi l-infrastruttura relatata mal-elezzjonijiet u ċ-ċibersigurtà
  • tiżgura li ċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jkunu jistgħu jipparteċipaw fit-tfassil tal-politika, billi tħeġġeġ lill-pajjiżi tal-UE jiżviluppaw approċċ aktar konsistenti u organizzat għall-parteċipazzjoni ċivika

Hemm tħassib dejjem jikber fl-UE li l-ftuħ tas-soċjetajiet tagħna jista’ jiġi sfruttat minn gvernijiet barranin. 81% ta’ dawk li wieġbu għal stħarriġ reċenti tal-UE jaqblu li l-indħil barrani fis-sistemi demokratiċi tagħna huwa problema serja. Fl-istess ħin, irridu nkomplu nsibu modi biex nagħmlu d-demokraziji tagħna aktar reżiljenti billi nħeġġu l-parteċipazzjoni attiva fid-demokraziji tagħna.

Dan il-pakkett il-ġdid jibni fuq il-Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea adottat fl-2020, u huwa azzjoni addizzjonali importanti biex jissaħħu d-demokraziji fl-UE kollha qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2024.

Għal aktar informazzjoni

Nipproteġu d-demokrazija

Skeda informattiva dwar il-proposti dwar id-Difiża tad-Demokrazija

Stqarrija għall-istampa: Id-Difiża tad-Demokrazija – il-Kummissjoni tipproponi li tixħet dawl fuq l-influwenza barranija moħbija

Mistoqsijiet u Tweġibiet: Id-Difiża tad-Demokrazija

Stħarriġ tal-Eurobarmotru dwar id-demokrazija

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
12 Diċembru 2023
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni