Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet15 Novembru 2023Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni1 min qari

Hu mistenni li l-inflazzjoni tkompli tonqos u li l-ekonomija tal-UE turi titjib modest

Woman pushing shopping trolley in supermarket

 

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat it-tbassir ekonomiku tal-ħarifa 2023. Hu jipprevedi li l-attività ekonomika se tirkupra gradwalment u li l-inflazzjoni se tkompli tonqos. Dan it-tbassir sar fil-kuntest ta’ tnaqqis fir-ritmu tal-ekonomija tal-UE, minħabba l-għoli tal-ħajja u ż-żieda fir-rati tal-imgħax, fost fatturi oħra.   

B’mod ġenerali, hu mistenni rkupru fit-tkabbir, bit-tkabbir tal-PDG previst li jitjieb fl-2024 – għal 1.3% fl-UE u 1.2% fiż-żona tal-euro. Għall-konsumaturi, l-inflazzjoni fiż-żona tal-euro miexja fid-direzzjoni t-tajba, u qed tonqos għall-aktar livell baxx tagħha f’sentejn, għal 2.9% f’Ottubru, mill-quċċata tagħha ta’ 10.6% sena ilu. Hu mistenni li tkompli din ix-xejra ’l isfel fl-2024.  Dan ifisser li l-prezzijiet tal-ikel, il-prodotti manifatturati u s-servizzi mhux se jogħlew daqstant.   
  
Is-suq tax-xogħol ġeneralment sejjer tajjeb, b’ħafna nies f’impjieg. Hu mistenni li r-rata tal-qgħad fl-UE tibqa’ ġeneralment stabbli għal 6.0% fl-2023 u fl-2024. Madankollu, rati tal-imgħax ogħla qed jagħmlu s-self aktar għali, b’inqas nies li qed jippjanaw li jixtru dar. B’inflazzjoni aktar baxxa, introjtu ogħla, u żieda fl-esportazzjonijiet, l-ekonomija għandha tirkupra, għalkemm b’mod modest. 
 
Dan it-tbassir ekonomiku tal-ħarifa għall-ewwel darba jkopri l-Bożnija-Ħerzegovina, il-Moldova u l-Ukrajna, li s-sena l-oħra l-Kunsill Ewropew tahom l-istatus ta’ kandidat tal-UE.  

Għal iktar informazzjoni  

Tbassir ekonomiku tal-ħarifa 2023

Ekonomija għas-servizz tan-nies  

Tbassir ekonomiku 

Stqarrija għall-istampa: It-Tbassir Ekonomiku tal-Ħarifa 2023: Irkupru modest wara sena diffiċli

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
15 Novembru 2023
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni