Mur għall-kontenut ewlieni

X’tagħmel il-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali

Rwoli prinċipali fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali

Il-Kummissjoni Ewropea għandha rwol prinċipali fit-tfassil tal-politika tal-iżvilupp u fit-twassil tal-għajnuna mad-dinja kollha. Fl-isfera internazzjonali, hi tgħin biex jiġu nnegozjati ftehimiet ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp u hi rappreżentata mid-delegazzjonijiet tal-UE fid-dinja kollha.

Żvilupp internazzjonali u l-għajnuna

Il-Kummissjoni Ewropea hi responsabbli għat-tfassil tal-politika tal-iżvilupp Ewropew u għat-twassil tal-għajnuna mad-dinja kollha bl-aktar mod effettiv possibbli.

Hi tiżgura wkoll li l-UE hi rappreżentata fl-isfera internazzjonali fi kwistjonijiet ta’ politika tal-iżvilupp u fin-negozjar tal-ftehimiet dwar kwistjonijiet tal-iżvilupp internazzjonali. Għal dan il-għan, taħdem mill-qrib ma’ jew ġewwa organizzazzjonijiet internazzjonali bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku u f’raggruppamenti informali bħall-Grupp ta’ Sebgħa (G7) u l-Grupp ta' Għoxrin (G20).

Skopri aktar dwar kif il-Kummissjoni tippjana u tipprijoritizza l-għajnuna għall-iżvilupp.

Delegazzjonijiet

L-Unjoni Ewropea hi rappreżentata mid-delegazzjonijiet u l-uffiċċji tal-UE mad-dinja kollha. Id-delegazzjonijiet huma missjonijiet diplomatiċi u huma normalment responsabbli għal pajjiż wieħed, għalkemm xi wħud huma rappreżentanti għal diversi pajjiżi. Permezz tad-delegazzjonijiet u tal-uffiċċji tal-UE l-Kummissjoni Ewropea żżomm kuntatt mal-awtoritajiet u l-popolazzjonijiet lokali mad-dinja kollha.

Id-delegazzjonijiet tal-UE

Missjonjiet ta’ pajjiżi oħrajn fl-UE

Il-pajjiżi minn madwar id-dinja huma rappreżentati fl-UE permezz tal-missjonijiet diplomatiċi akkreditati mal-Unjoni Ewropea.

Il-lista tal-missjonijiet diplomatiċi fl-UE.