Mur għall-kontenut ewlieni

L-atti ta’ implimentazzjoni u l-atti delegati

Ladarba l-liġi tal-UE tkun għaddiet, jista’ jkun meħtieġ li tiġi aġġornata biex tirrifletti l-iżviluppi f’settur partikolari jew biex tiżgura li tiġi implimentata kif suppost. Il-Parlament u l-Kunsill jistgħu jawtorizzaw lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati jew atti ta’ implimentazzjoni, rispettivament, sabiex jagħmlu dan.

L-atti ta’ implimentazzjoni

Ir-responsabbiltà ewlenija għall-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE hija tal-pajjiżi tal-UE. Madankollu, f’oqsma fejn huma meħtieġa kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni (it-tassazzjoni, l-agrikoltura, is-suq intern, is-saħħa u s-sikurezza tal-ikel, eċċ.), il-Kummissjoni (jew b’mod eċċezzjonali l-Kunsill) tadotta att ta’ implimentazzjoni.

Kif jiġu adottati l-atti ta’ implimentazzjoni?

Qabel ma l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni, għandha normalment tikkonsulta ma’ kumitat fejn kull pajjiż tal-UE hu rappreżentat.

Il-Kumitat jippermetti lill-pajjiżi tal-UE biex jissorveljaw il-ħidma tal-Kummissjoni waqt li tadotta att ta’ implimentazzjoni - proċedura li fil-lingwaġġ legali tissejjaħ “komitoloġija”.

Bħala parti mill-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar tal-Kummissjoni, iċ-ċittadini u partijiet ikkonċernati oħra jistgħu jagħtu l-feedback tagħhom dwar l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni għal 4 ġimgħat qabel ma l-kumitat rilevanti jivvota jekk jaċċettahx jew jirrifjutahx. Hemm xi eċċezzjonijiet, pereżempju f'każ ta’ emerġenza jew meta ċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati jkunu diġà kkontribwixxew. Issib aktar dettalji fl-għodda ta' regolamentazzjoni aħjar

Tiġi ppreżentata ħarsa ġenerali tal-feedback lill-kumitat u, għaldaqstant, id-diskussjoni li tirriżulta hija inkluża fis-sommarju, li jiġi ppubblikat fir-reġistru tal-komitoloġija.

Skopri aktar dwar il-proċedura ta’ komitoloġija

 

L-atti delegati

Il-Kummissjoni tadottahom abbażi ta’ delega mogħtija fit-test ta’ liġi tal-UE, f’dan il-każ att leġiżlattiv.

Is-setgħa tal-Kummissjoni li tadotta atti delegati hija soġġetta għal limiti stretti:

  • l-att delegat ma jistax ibiddel l-elementi essenzjali tal-liġi
  • l-att leġiżlattiv għandu jiddefinixxi l-objettivi, il-kontenut, il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tul ta' żmien tad-delega tas-setgħa
  • il-Parlament u l-Kunsill jistgħu jirrevokaw id-delega jew joġġezzjonaw għall-att delegat

Kif jiġu adottati l-atti delegati?

Il-Kummissjoni tħejji u tadotta atti delegati wara li tikkonsulta ma' gruppi ta’ esperti magħmulin minn rappreżentanti minn kull pajjiż tal-UE, li jiltaqgħu fuq bażi regolari jew okkażjonali.

Bħala parti mill-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar tal-Kummissjoni, iċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati l-oħra jistgħu jagħtu l-feedback tagħhom dwar l-abbozz ta’ att delegat matul perjodu ta’ 4 ġimgħat. Hemm xi eċċezzjonijiet, pereżempju f'każ ta’ emerġenza jew meta ċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati jkunu diġà kkontribwixxew. Issib aktar dettalji fl-għodda ta' regolamentazzjoni aħjar

Ladarba l-Kummissjoni tkun adottat l-att, il-Parlament u l-Kunsill ġeneralment ikollhom xahrejn biex jifformulaw xi oġġezzjonijiet. Jekk ma jagħmlux dan, l-att delegat jidħol fis-seħħ.

Atti adottati jkollhom “memorandum ta’ spjegazzjoni” li jiġbor fil-qosor il-feedback li jkun wasal u kif dan intuża.

Ir-Reġistru tal-Gruppi ta' Esperti tal-Kummissjoni u Entitajiet Oħra Simili

F'Diċembru 2017 ġie varat Reġistru Interistituzzjonali tal-Atti Delegati ġdid. Dan jagħti dehra sħiħa taċ-ċiklu tal-ħajja tal-atti delegati u jippermetti lill-utenti li jabbonaw sabiex jirċievu notifiki dwar il-fajls li jinteressawhom. Ir-Reġistru hu disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE.

Ir-Reġistru Interistituzzjonali tal-Atti Delegati

Documents

 

14 FRAR 2017
Commission proposal amending the Comitology Regulation