Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet12 Diċembru 2023Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni1 min qari

Soluzzjonijiet ġodda biex tittejjeb il-ħajja taċ-ċittadini fir-reġjuni transfruntieri tal-Ewropa

Women holding a map of Europe with someone pointing at the map

 

Il-Kummissjoni ressqet soluzzjonijiet biex tiżgura li ċ-ċittadini li jgħixu f’reġjuni tal-fruntiera fl-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jaċċessaw is-servizzi li jeħtieġu fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. 150 miljun ċittadin Ewropew jgħixu f’dawn ir-reġjuni. Dawn spiss jiffaċċjaw ostakli biex jaċċessaw it-trasport, is-servizzi tal-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, kif ukoll proġetti ta’ infrastruttura. In-navigazzjoni bejn sistemi legali u amministrattivi differenti tista’ tkun kumplessa, għalja, u toħloq konfużjoni.

Pereżempju, ċittadin jista’ jkollu diffikultà biex jaċċessa servizzi kritiċi ta’ emerġenza minħabba li l-eqreb servizz ta’ emerġenza jew sptar tiegħu jista’ jkun bejn fruntiera u oħra. Huma jistgħu jiffaċċjaw nuqqas ta’ informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom, regoli differenti dwar l-assigurazzjoni tas-saħħa jew rekwiżiti tekniċi differenti għall-vetturi ta’ emerġenza. B’riżultat ta’ dan, jistgħu ma jaslux fi sptar jew jitolbu ambulanza fil-ħin.

Skont il-proposta l-ġdida, il-pajjiżi tal-UE se jkollhom jistabbilixxu Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera. Meta xi ħadd jirrapporta kwistjoni transfruntiera, dan is-servizz il-ġdid ipoġġihom f’kuntatt mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti. Flimkien, jistgħu jaħdmu biex isibu soluzzjoni prattika. Il-pajjiżi tal-UE għandhom l-aħħar kelma dwar liema soluzzjonijiet huma stabbiliti. Il-Kummissjoni se toħloq ukoll network ta’ dawn il-Punti ta’ Koordinazzjoni biex taqsam l-aħjar prattiki.

It-tneħħija ta’ 20% tal-ostakli legali u amministrattivi attwali tagħti spinta lill-PDG b’2% u toħloq aktar minn miljun impjieg fir-reġjuni transfruntieri tal-Ewropa, skont studju tal-2017.

Għal iktar informazzjoni

Kooperazzjoni transfruntiera fl-UE

Stqarrija għall-istampa: Proposta tal-Kummissjoni biex jissaħħaħ is-Suq Uniku billi jiġu indirizzati l-ostakli legali u amministrattivi fir-reġjuni transfruntieri tal-Ewropa

Rapport: effetti tal-ostakli legali u amministrattivi fir-reġjuni bi fruntieri fuq l-art

Stħarriġ taċ-ċittadini f’reġjuni transfruntieri

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
12 Diċembru 2023
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni