Mur għall-kontenut ewlieni

Kif għandhom jiġu trattati talbiet minn individwi li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tal-protezzjoni tad-data?

Tweġiba

L-individwi jistgħu lill-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont il-GDPR (id-drittijiet ta' aċċess, rettifika, tħassir, portabbiltà,eċċ.). Fejn id-data personali tiġi pproċessata b'mezzi elettroniċi, il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek għandha tipprovdi mezzi biex it-talbiet isiru b'mod elettroniku. Il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek i għandha twieġeb għat-talba tagħhom mingħajr dewmien bla bżonn, u fil-prinċipju fi żmien xahar minn meta tirċievi t-talba.

Tista' titlobhom informazzjoni addizzjonali sabiex tikkonferma l-identità tal-persuna li qed tagħmel it-talba.

Jekk il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek  tirrifjuta t-talba, hija trid tinforma lill-persuna bir-raġunijiet għaliex għar-rifjut u bid-drittijiet tagħha li tressaq ilment quddiem l-Awtorità għall-Protezzjoni tad-Data u li tfittex rimedju ġudizzjarju.

It-trattament ta' talbiet minn individwi għandu jitwettaq mingħajr ħlas. F'każ li t-talbiet ikunu manifestament bla bażi jew eċċessivi, b'mod partikolari minħabba n-natura ripetittiva tagħhom, inti tista' timponi tariffa raġonevoli jew tirrifjuta li taġixxi.

Eżempju

Persuna li ngħatat aċċess għad-data personali kollha tagħha x-xahar ta' qabel, tagħmel l-istess talba biex tikseb aċċess għall-istess data personali. Inti tista' tinformaha li qed tirrifjuta t-talba tagħha jew  titlob tariffa raġonevoli.

Referenzi

Example

A person who accessed all his personal data the month before, lodges again the same request for access to the same personal data. You may consider either informing them that you reject their request or requesting a reasonable fee.