Mur għall-kontenut ewlieni

Ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data japplikaw għad-data dwar kumpanija?

Tweġiba

Le, ir-regoli japplikaw biss għad-data personali dwar individwi, ma jirregolawx id-data dwar kumpaniji jew kwalunkwe entitajiet legali oħra. Madankollu, l-informazzjoni fir-rigward ta' kumpaniji magħmula minn persuna waħda tista' tikkostitwixxi data personali fejn l-identifikazzjoni ta' persuna fiżika tkun possibbli. Ir-regoli japplikaw ukoll għad-data personali kollha relatata ma' persuni fiżiċi waqt attività professjonali, bħall-impjegati ta' kumpanija/organizzazzjoni, bħall-indirizzi tal-posta elettronika kummerċjali bħal “forename [dot] surnameatcompany [dot] eu (forename[dot]surname[at]company[dot]eu)” jew in-numri tat-telefon kummerċjali tal-impjegati.

Referenzi