Mur għall-kontenut ewlieni

Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju

Kif jaħdem il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju, ir-rwol u l-kompożizzjoni, il-membri, ir-rapporti u r-regoli tiegħu.

X’jagħmel

Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju hu korp indipendenti fi ħdan il-Kummissjoni li jagħti pariri lill-Kulleġġ tal-Kummissarji. Hu jipprovdi kontroll tal-kwalità ċentrali u appoġġ għall-valutazzjonijiet tal-impatt u l-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni fl-istadji bikrija tal-proċess leġiżlattiv (Figura 1). Il-ħidma tal-Bord fuq il-valutazzjonijiet tal-impatt issaħħaħ l-evalwazzjonijiet sussegwenti, u viċi versa (Figura 2).

Il-Bord jeżamina mill-ġdid u jagħti opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar l-abbozzi kolha tal-valutazzjonijiet tal-impatt, il-kontrolli tal-idoneità u l-evalwazzjonijiet ewlenin ta' leġiżlazzjoni eżistenti tal-Kummissjoni. Il-Bord jipprovdi wkoll pariri trasversali dwar il-politika ta’ regolamentazzjoni aħjar lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni.

Il-Pjan ta’ Direzzjoni tan-Negozju tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju

Immaġni 1 tal-RSB

Figura 1

Figura 2 tal-RSB

Figura 2

Ir-rwol ta’ garanzija tal-kwalità

Ir-rwol tal-Bord hu li jipprovdi assigurazzjoni tal-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-impatt, tal-kontrolli tal-idoneità u tal-evalwazzjonijiet ewlenin tal-Kummissjoni għal-livell politiku tal-Kummissjoni, li jippermettulha tieħu deċiżjonijiet abbażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli u tal-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati.

Il-Bord jeżamina u joħroġ opinjonijiet dwar il-kwalità tal-abbozzi ta’ rapporti relatati:

L-opinjonijiet tal-Bord fihom rakkomandazzjonijiet għas-servizzi tal-Kummissjoni dwar kif itejbu l-abbozzi tar-rapporti. Il-Bord ma jiddeċidix dwar inizjattivi jew dwar l-objettivi tal-politika: dak ir-rwol jappartieni lill-Kulleġġ tal-Kummissarji.

Kif jaħdem

Valutazzjonijiet tal-Impatt

L-opinjonijiet maħruġin mill-Bord dwar il-valutazzjonijiet tal-impatt jistgħu jkunu “pożittivi”, “pożittivi b’riżervi”, jew “negattivi”.

Hemm bżonn ta’ opinjoni pożittiva/pożittiva b’riżervi mill-Bord għal inizjattiva akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt biex titressaq għall-adozzjoni mill-Kummissjoni. F’każ ta’ opinjoni negattiva, l-abbozz tar-rapport jeħtieġ li jiġi eżaminat u sottomess mill-ġdid lill-Bord qabel ma jipproċedi. Meta l-Bord jagħti opinjoni negattiva darbtejn, hu biss il-Viċi President għar-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u l-Prospettiva li jista’ jissottometti l-inizjattiva għall-Kulleġġ tal-Kummissarji biex jiddeċiedi jekk tkomplix għaddejja jew le.

L-opinjoni tal-Bord takkumpanja l-abbozz ta’ inizjattiva flimkien mal-valutazzjoni tal-impatt matul it-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi tal-Kummissjoni.

Evalwazzjonijiet

L-opinjonijiet maħruġin mill-Bord dwar l-evalwazzjonijiet jistgħu jkunu jew “pożittivi” jew “negattivi”.

Opinjoni negattiva ma twaqqafx lid-dipartiment responsabbli tal-Kummissjoni milli jiffinalizza u jippubblika l-kontroll tal-idoneità jew ir-rapport ta’ evalwazzjoni. Madankollu, jistgħu jerġgħu jissottomettu r-rapport għat-tieni opinjoni mill-Bord fuq bażi volontarja. Fiż-żewġ każijiet, id-dipartiment ewlieni hu dejjem mistenni li jtejjeb ir-rapporti tiegħu u jqis il-pariri tal-Bord.

Il-Bord ma jirrivedix l-evalwazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni: kull sena jintgħażel biss numru ta’ evalwazzjonijiet kbar, abbażi tar-rilevanza u l-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni. “Kontrolli tal-Idoneità” dejjem jiġu skrutinizzati.

Il-valutazzjonijiet tal-impatt u l-opinjonijiet relatati kollha tal-Bord huma ppubblikati online meta l-Kummissjoni tadotta l-proposta rilevanti. Ir-rapporti tal-evalwazzjonijiet u tal-kontrolli tal-idoneità u l-opinjonijiet relatati tal-Bord huma wkoll ippubblikati online.

Il-lista ta’ każijiet analizzati mill-Bord hi ppubblikata online.

Kompożizzjoni

Il-Bord jikkonsisti minn 9 membri:

  • Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni li jmexxi l-Bord;
  • Erba’ uffiċjali għolja tal-Kummissjoni;
  • Erba’ esperti rreklutati minn barra l-Kummissjoni

Il-membri kollha jaħdmu fuq il-Bord full-time, mingħajr ebda responsabbiltà oħra ta’ politika, għal perjodu ta’ tliet snin li ma jistax jiġġedded, li jista’ jiġi estiż b'mhux aktar minn sena f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Il-Bord jaġixxi indipendentement mid-dipartimenti li jfasslu d-deċiżjonijiet u minn kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija Ewropea.

Il-membri tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju

Rapporti Annwali

Il-membri kollha jaħdmu fuq il-Bord full-time, mingħajr ebda responsabbiltà oħra ta’ politika, għal perjodu ta’ tliet snin li ma jistax jiġġedded, li jista’ jiġi estiż b'mhux aktar minn sena f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Il-Bord jaġixxi indipendentement mid-dipartimenti li jfasslu d-deċiżjonijiet u minn kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija Ewropea.

Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju - Rapport Annwali 2021

Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju - Rapport Annwali 2020

Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju - Rapport Annwali 2019

Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju – Rapport Annwali 2018

Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju – Rapport Annwali 2017

Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju – Rapport Annwali 2016

Rapporti preċedenti

Avvenimenti

Dokumenti

2 FRAR 2023
Rules of Procedure of the Regulatory Scrutiny Board

 

30 JANNAR 2023
Decision on an Independent Regulatory Scrutiny Board 11 December 2022

 

31 JANNAR 2020
Decision on an independent Regulatory Scrutiny Board

 

31 MEJJU 2016
Communication on the Regulatory Scrutiny Board – mission, tasks and staff