Mur għall-kontenut ewlieni

Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni

Il-ġabra unika tar-regoli tal-fondi tal-UE mwassla b’mod konġunt mal-Istati Membri u r-reġjuni

Regolament dwar dispożizzjonijiet komuni hu stabbilit biex jirregola 8 fondi tal-UE li t-twassil tagħhom hu kondiviż mal-Istati Membri u r-reġjuni. Flimkien, dawn jirrappreżentaw terz tal-baġit tal-UE.

L-akbar sehem ta’ dan il-baġit hu allokat għal 5 objettivi ta’ politika komuni:

  1. Ewropa aktar kompetittiva u aktar intelliġenti bis-saħħa tal-promozzjoni ta’ trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti u konnettività tal-ICT reġjonali;
  2. Ewropa aktar ekoloġika, reżiljenti, b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fi tranżizzjoni għal ekonomija b’emissjonijiet tal-karbonju żero netti billi jiġu promossi t-tranżizzjoni enerġetika nadifa u ġusta, l-investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji u mobilità urbana sostenibbli;
  3. Ewropa aktar konnessa billi tittejjeb il-mobbiltà;
  4. Ewropa aktar soċjali u inklużiva li timplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;
  5. Ewropa eqreb taċ-ċittadini bis-saħħa tat-trawwim ta’ żvilupp sostenibbli u integrat ta’ kull tip ta’ territorju u inizjattivi lokali.

Kull fond għandu objettivi speċifiċi definiti fir-regolamenti speċifiċi għall-Fondi rispettivi tagħhom.

It-8 fondi koperti minn dan ir-regolament komuni huma: