Mur għall-kontenut ewlieni

Ekosistema tas-sigurtà Ewropea b’saħħitha

Visual banner security

Unjoni tas-Sigurtà ġenwina u effettiva trid tkun sforz komuni. L-UE tista’ tgħin biex tlaqqa’ flimkien l-infurzar tal-liġi, l-awtoritajiet ġudizzjarji, il-gvernijiet, iċ-ċittadini u s-settur privat fi sforz komuni.

Il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni effiċjenti u f’waqthom fost l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji huma kruċjali fil-ġlieda kontra l-kriminalità u t-terroriżmu. Fruntieri esterni b’saħħithom huma wkoll essenzjali biex jipproteġu l-Unjoni tagħna minn dawk li jixtiequ jagħmlulna l-ħsara.

Jeħtieġ ukoll li ninvestu fir-riċerka u l-innovazzjoni fis-sigurtà li jistgħu joħolqu għodod ġodda biex jgħinu lil min hu involut fil-qasam tal-infurzar tal-liġi u f’oqsma oħra tas-sigurtà. Il-finanzjament tal-UE jista’ jaġixxi bħala stimolu ewlieni. Is-sħab privati u l-industrija wkoll għandhom rwol x’jaqdu.

L-aħħar iżda mhux l-inqas, l-għarfien dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà u l-kisba tal-ħiliet biex jiġi indirizzat it-theddid potenzjali huma essenzjali biex tinbena soċjetà aktar reżiljenti, b’intrapriżi, amministrazzjonijiet u individwi mħejjijin aħjar.

Il-kontribut ta’ fruntieri esterni b’saħħithom

Tisħiħ tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tas-sigurtà