Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet31 Jannar 2024Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni2 min qari

Is-Summit ta’ Val Duchesse: L-UE u s-sħab soċjali jimpenjaw ruħhom li jsaħħu d-djalogu soċjali

 

Fl-31 ta’ Jannar, il-parteċipanti fis-Summit tas-Sħab Soċjali ta’ Val Duchesse ddiskutew kif għandhom jiġu indirizzati l-isfidi ekonomiċi u tax-xogħol ewlenin permezz tat-tisħiħ tad-djalogu soċjali. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen u l-Prim Ministru Belġjan Alexander De Croo ospitaw l-avveniment b’mod konġunt.

Fis-Summit, il-Kummissjoni, il-Presidenza Belġjana tal-Kunsill tal-UE u s-sħab soċjali Ewropej qablu li:

  • Jindirizzaw in-nuqqas ta’ ħaddiema u ħiliet: Hemm bżonn ta’ ħaddiema tas-sengħa u ta’ impjiegi ta’ kwalità biex tingħata spinta lill-kompetittività tal-UE. In-nuqqas ta’ ħaddiema u ħiliet iżomm lura l-attivitajiet tan-negozji żgħar u ta’ daqs medju. Għalhekk jeħtieġ li ntejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, inġibu aktar nies fis-suq tax-xogħol, nagħmluha aktar faċli li nirrikonoxxu l-kwalifiki, u nintegraw il-ħaddiema li ġejjin minn barra l-pajjiż. F’konformità ma’ dan, il-Kummissjoni, se tippreżenta pjan ta’ azzjoni biex tindirizza n-nuqqas ta’ ħaddiema u ħiliet sar-rebbiegħa tal-2024.
  • It-tisħiħ tad-djalogu soċjali: Id-djalogu soċjali huwa meħtieġ biex iwieġeb u jadatta għaċ-ċirkostanzi ekonomiċi u soċjali li qed jinbidlu. Il-Kummissjoni hija impenjata li ssaħħaħ id-djalogu soċjali fil-livell Ewropew u fuq dak nazzjonali billi tistabbilixxi Mibgħut Ewropew għad-Djalogu Soċjali dedikat u tniedi Patt għad-Djalogu Soċjali Ewropew.

Id-djalogu soċjali jirreferi għal diskussjonijiet, negozjati u azzjonijiet konġunti ma’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-impjegaturi u lill-ħaddiema Ewropej. Dan huwa fundamentali għall-prosperità ekonomika, biex jittejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol, titrawwem il-kompetittività tan-negozji tal-UE, u biex tingħata għajnuna biex tiġi antiċipata u ġestita l-bidla, bħal fid-dawl tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.

Id-djalogu soċjali Ewropew, li nbeda fl-1985 f’Val Duchesse mill-President tal-Kummissjoni ta’ dak iż-żmien, Jacques Delors, ilu jsaħħaħ il-kundizzjonijiet tal-impjiegi, l-edukazzjoni, it-taħriġ, u kwistjonijiet soċjali oħra matul l-aħħar 40 sena.

Għal iktar informazzjoni

Djalogu soċjali

Stqarrija għall-istampa: L-UE u s-sħab soċjali f’Val Duchesse jimpenjaw ruħhom li jsaħħu d-djalogu soċjali biex jindirizzaw l-isfidi tax-xogħol

Diskors mill-President von der Leyen fis-Summit ta’ Val Duchesse

Ekonomija għas-servizz tan-nies

Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tistabbilixxi azzjonijiet konkreti għal aktar involviment tas-sħab soċjali fil-livell nazzjonali u dak tal-UE

Ewrobarometru dwar in-nuqqas ta’ ħiliet fl-SMEs

Ġieħ lil Jacques Delors

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
31 Jannar 2024
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni