Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet24 Ottubru 2023Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni1 min qari

Aktar azzjoni biex jiġu evitati nuqqasijiet ta’ mediċini fl-Ewropa

Cabinets full of medicines

 

Wara nuqqasijiet reċenti ta’ mediċina kritika, bħal ċerti antibijotiċi fix-xitwa li għaddiet, ittieħdu passi biex jiġi evitat li tali nuqqasijiet iseħħu fl-UE din ix-xitwa. L-Awtorità Ewropea għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ħejjew lista ta’ antibijotiċi ewlenin li jistgħu jiffaċċjaw nuqqasijiet kritiċi matul ix-xitwa. Il-Kummissjoni nediet ukoll Mekkaniżmu ta’ Solidarjetà Volontarja Ewropea għall-mediċini, biex jekk Stat Membru jkollu bżonn mediċina partikolari, pajjiżi oħra tal-UE jistgħu jiddistribwixxu mill-ġdid tali mediċini mill-istokkijiet tagħhom.

Se jittieħdu aktar azzjonijiet biex jiġu evitati nuqqasijiet ta’ mediċini fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, bħal:

  • l-istabbiliment ta’ lista tal-UE ta’ mediċini kritiċi
  • l-istabbiliment ta’ azzjoni konġunta li tippermetti eżenzjonijiet mir-regoli sabiex il-mediċini jkunu jistgħu jaslu għand il-pazjenti
  • gwida tal-UE dwar l-akkwist biex tittejjeb is-sigurtà tal-provvista
  • akkwist konġunt tal-UE ta’ antibijotiċi u trattamenti għal viruses respiratorji għax-xitwa li ġejja

Il-Kummissjoni qed tippjana wkoll li tieħu miżuri biex tiddiversifika l-provvista u timmodernizza l-produzzjoni ta’ mediċini kritiċi. Għal dan l-għan, fil-bidu tal-2024 se titwaqqaf Alleanza tal-Mediċini Kritiċi. Din se tlaqqa’ flimkien l-awtoritajiet nazzjonali u tal-UE, l-industrija u s-soċjetà ċivili biex jikkoordinaw l-azzjoni fil-livell tal-UE biex jindirizzaw il-vulnerabbiltajiet tal-katina tal-provvista. Lil hinn mill-UE, il-Kummissjoni trid tistabbilixxi network ta’ sħab internazzjonali biex tindirizza r-reżiljenza tal-katina tal-provvista u tistabbilixxi sħubijiet strateġiċi għall-produzzjoni ta’ mediċini kritiċi.

Għal aktar informazzjoni

Riforma tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-UE

Skeda informattiva dwar l-azzjonijiet għall-prevenzjoni tan-nuqqasijiet ta’ mediċini

Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni żżid l-azzjonijiet biex tindirizza l-iskarsezzi kritiċi tal-mediċini u biex issaħħaħ is-sigurtà tal-provvista fl-UE

Mistoqsijiet u tweġibiet dwar l-azzjonijiet għall-prevenzjoni tan-nuqqasijiet ta’ mediċini

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
24 Ottubru 2023
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni