Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet7 Mejju 2024Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni1 min qari

Il-protezzjoni tal-ġurnalisti u l-promozzjoni tal-libertà tal-media: jidħlu fis-seħħ regoli ġodda

Participation of Ursula von der Leyen, President of the European Commission, in the Brussels European Council

 

Ġurnaliżmu indipendenti u bbażat fuq il-fatti jgħin biex jipproteġi d-demokraziji tagħna billi jesponi l-inġustizzji, iġiegħel lill-mexxejja jagħtu kont ta’ għemilhom u jippermetti liċ-ċittadini jieħdu deċiżjonijiet infurmati. Il-ġurnalisti, li xi drabi jaħdmu b’riskju personali kbir, għandhom ikunu jistgħu jaħdmu liberament u b’mod sikur. Dan jinsab fil-qalba tal-valuri u d-demokraziji tal-UE. Din il-ġimgħa, jidħlu fis-seħħ żewġ biċċiet ta’ leġiżlazzjoni tal-UE li se jiżguraw protezzjoni akbar lill-ġurnalisti u jkomplu jappoġġjaw il-libertà tal-media: 

  • Fis-6 ta’ Mejju 2024, bdew japplikaw regoli ġodda kontra Kawżi Strateġiċi Kontra l-Parteċipazzjoni Pubblika (SLAPPs), li jipprovdu lill-ġurnalisti u lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem b’għodod biex jiġġieldu kontra proċedimenti ġudizzjarji abbużivi.  
  • L-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Mejju 2024. Hu jappoġġja l-indipendenza editorjali u l-pluraliżmu tal-media, isaħħaħ it-trasparenza u l-ġustizzja, u jippromwovi kooperazzjoni aħjar tal-awtoritajiet tal-media permezz ta’ Bord Ewropew ġdid għas-Servizzi tal-Media.  

Dawn l-inizjattivi huma parti minn strateġija Ewropea għall-media, li tibni fuq il-Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea u l-Pjan ta’ Azzjoni Medjatiku u Awdjoviżiv. Studju reċenti juri wkoll li l-pajjiżi tal-UE qed jagħmlu progress fl-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni, is-sikurezza u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-ġurnalisti. Ir-regoli l-ġodda se jgħinu biex niżguraw li l-ġurnalisti jkunu jistgħu jwettqu xogħolhom f’xenarju tal-media b’saħħtu. 

Għal aktar informazzjoni

L-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media 

Ir-Regolament li jistabbilixxi qafas komuni għas-servizzi tal-media fis-suq intern u li jemenda d-Direttiva 2010/13/UE (l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media)

Id-Direttiva tal-UE dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jinvolvu ruħhom f’parteċipazzjoni pubblika minn talbiet manifestament infondati jew proċedimenti tal-qorti abbużivi (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”)

Il-media u l-kultura diġitali 

Il-media u l-pluraliżmu

Il-Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea

Il-Pjan ta’ Azzjoni Medjatiku u Awdjoviżiv 

Studju dwar miżuri biex intejbu s-sikurezza tal-ġurnalisti 

Video dwar dwar kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPPs) 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
7 Mejju 2024
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni