Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet16 Frar 2024Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni1 min qari

Regoli ġodda biex jipproteġu d-drittijiet u l-attività tiegħek online fl-UE

A child with a smartphone and earphones in the woods

 

L-ambjent online tal-UE qed isir post aktar sikur, aktar ġust u aktar trasparenti fis-17 ta’ Frar, meta l-ġabra tar-regoli storiku tagħha, l-Att dwar is-Servizzi Diġitali, tidħol fis-seħħ kompletament. Dan se jara responsabbiltajiet ġodda imposti fuq pjattaformi online li għandhom utenti fl-UE, bl-għan li dawk l-utenti u d-drittijiet tagħhom jiġu protetti aħjar.

Ir-regoli, li kienu diġà applikaw għal għadd ta’ pjattaformi kbar ħafna u magni tat-tiftix kbar ħafna mill-2023, se jibdew japplikaw għall-pjattaformi u s-servizzi ta’ hosting kollha. Dan ifisser li lkoll se jkollhom bżonn jimplimentaw għadd ta’ miżuri differenti biex jagħtu s-setgħa lill-utenti. Dan jinkludi:

  • niġġieldu l-kontenut illegali, l-oġġetti u s-servizzi illegali billi l-utenti jingħataw il-mezzi biex jissenjalaw tali attività illegali
  • nipproteġu l-minuri, anke billi nipprojbixxu għalkollox li l-minorenni jkunu l-mira ta’ reklami bbażati fuq xi profiling jew data personali tagħhom
  • nagħtu s-setgħa lill-utenti b’informazzjoni dwar ir-reklami li jaraw, bħal pereżempju għalfejn ikunu qed jaraw dawk ir-reklami partikolari u min ikun ħallas għar-reklam
  • nipprojbixxu r-reklami mmirati għall-utenti skont xi data sensittiva, bħat-twemmin politiku jew reliġjuż, il-preferenzi sesswali, u l-bqija.
  • niffaċilitaw is-sottomissjoni tal-ilmenti u l-kuntatt magħhom

Biex jgħinu lill-Kummissjoni timmonitorja u tinforza l-obbligi f’din il-liġi l-ġdida, l-awtoritajiet responsabbli se jgħinu biex jiġi żgurat li l-pjattaformi jaqdu r-regoli f’kull pajjiż tal-UE. Flimkien mal-Kummissjoni, dawn se jiffurmaw korp konsultattiv biex jiżguraw li r-regoli jiġu applikati b’mod konsistenti, u li l-utenti fl-UE kollha jgawdu l-istess drittijiet.

Għal iktar informazzjoni:

L-Att dwar is-Servizzi Diġitali

Pjattaformi online u magni tat-tiftix kbar ħafna

L-Att dwar is-Servizzi Diġitali

Aħrab mill-perikli online

Stqarrija għall-istampa: L-Att dwar is-Servizzi Diġitali jibda japplika għall-pjattaformi online kollha fl-UE

Ewropa lesta għall-era diġitali

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
16 Frar 2024
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni