Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet21 Marzu 2024Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni1 min qari

Niċċelebraw il-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Razzjali

L-UE fakkret il-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Razzjali b’appell mir-Rappreżentant Għoli u l-Viċi President tal-Unjoni Ewropea. Kif jindika hu, il-ġlieda kontra r-razziżmu għadha għaddejja sal-lum. Ir-razziżmu jdgħajjef in-nisġa nnifisha tas-soċjetajiet paċifiċi u demokratiċi tagħna.  

Fl-Ewropa, id-diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini razzjali jew etnika hija pprojbita b’mod inekwivoku. Minkejja dan, rapporti reċenti mill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali jiżvelaw livelli inkwetanti ta’ diskriminazzjoni bħal din.  

Qed nippruvaw nbiddlu dan. Din hija ġlieda kontinwa, iżda rridu nibqgħu impenjati jekk verament irridu niksbu l-motto tal-Unjoni tagħna li nkunu “Magħquda fid-diversità”. 

Huwa għalhekk li għandna Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu 2020-2025. Għalhekk qed nistabbilixxu regoli biex insaħħu l-korpi tal-ugwaljanza. Għalhekk qed nappoġġjaw il-pjanijiet nazzjonali kontra r-razziżmu. U għalhekk qed nindirizzaw ir-razziżmu strutturali fl-oqsma rilevanti kollha. 

F’dan il-jum, ejjew inġeddu l-impenn kollettiv tagħna li naqtgħu mill-għeruq ir-razziżmu fil-forom kollha tiegħu. 

Għal iktar informazzjoni 

Ugwaljanza u inklużjoni 

Pjan ta’ Azzjoni tal-UE Kontra r-Razziżmu 2020-2025 

Dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli f’isem l-Unjoni Ewropea

Rapport tal-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali - Being Black in the EU – Experiences of people of African descent (Li Tkun Persuna Sewda fl-UE – Esperjenzi ta' nies ta' dixxendenza Afrikana)

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
21 Marzu 2024
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni