Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet24 Ottubru 2023Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni1 min qari

Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Enerġija mir-Riħ biex l-enerġija mir-riħ tibqa’ storja Ewropea ta’ suċċess

Offshore windmills with man in foreground

 

Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat azzjonijiet biex tagħti spinta lill-industrija Ewropea tal-enerġija mir-riħ. Biex tintlaħaq il-mira tal-UE li tirrikjedi li 42.5% tal-enerġija tal-UE tkun rinnovabbli sal-2030, se jkollna bżonn żieda enormi fil-kapaċità installata ta’ potenza mir-riħ. Dan il-pjan ta’ azzjoni se jiżgura li l-enerġija mir-riħ tkompli tkun storja Ewropea ta’ suċċess. Flimkien, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-industrija se jaġixxu f’sitt oqsma ewlenin:

  1. Introduzzjoni aktar mgħaġġla 
  2. Titjib fid-disinn tal-irkant li jiżgura li l-proġetti jitwettqu bis-sħiħ u fil-ħin
  3. Aċċess għall-finanzjament
  4. Ambjent internazzjonali ġust u kompetittiv
  5. Żvilupp tal-forza tax-xogħol b’ħiliet speċjalizzati
  6. Ħidma mill-qrib mal-industrija u l-Istati Membri

Il-Kummissjoni rrappurtat ukoll dwar l-istat tal-Unjoni tal-Enerġija, b’mod partikolari kif l-UE wieġbet b’mod effettiv għall-użu tal-provvisti tal-enerġija tagħha bħala arma mir-Russja, billi aċċellerat it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, iddiversifikat il-provvisti, u ffrankat l-enerġija. Ir-rapport jissottolinja li l-UE jeħtieġ li tkompli tiżgura enerġija affordabbli, affidabbli u aċċessibbli għall-familji u ssaħħaħ il-kompetittività industrijali u ekonomika tal-industrija tagħha, filwaqt li tappoġġja l-investimenti f’teknoloġiji nodfa.

Għal aktar informazzjoni

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew

L-enerġija mir-riħ tal-UE

Skeda informattiva dwar l-enerġija mir-riħ

Skeda informattiva dwar ir-rapport tal-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija

Video dwar il-proposti għall-enerġija mir-riħ

Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tistabbilixxi azzjonijiet immedjati biex tappoġġja l-industrija Ewropea tal-enerġija mir-riħ

Stqarrija għall-istampa: L-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija 2023: L-UE twieġeb b’mod effettiv għall-kriżi, tħares lejn il-futur, u taċċellera t-tranżizzjoni ekoloġika

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
24 Ottubru 2023
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni