Mur għall-kontenut ewlieni

Programmi ta’ riforma nazzjonali u programmi ta’ stabbiltà jew konverġenza.

L-Istati Membri tal-UE jippreżentaw il-programmi nazzjonali ta’ riforma tagħhom u l-programmi ta’ stabbiltà jew konverġenza tagħhom.

Il-gvernijiet tal-UE jippreżentaw lill-Kummissjoni sal-aħħar ta’ April:

  • Il-programm nazzjonali ta' riforma tagħhom
  • Il-programm ta' stabbiltà: pjan baġitarju ta’ tliet snin għall-pajjiżi taż-żona tal-euro, jew
  • Il-programm ta' konverġenza: pjan baġitarju ta’ tliet snin għall-pajjiżi li mhumiex fiż-żona tal-euro

Il-programmi jiddettaljaw il-politiki speċifiċi li kull pajjiż se jimplimenta biex jissaħħu l-impjiegi u t-tkabbir u jevitaw jew jikkoreġu l-iżbilanċi, u l-pjanijiet konkreti tagħhom biex jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u mar-regoli fiskali ġenerali.